Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: STEM room għall-istudenti tal-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar

pr212119
Date Icon 26/11/2021

Tlestiet l-ewwel fażi tax-xogħlijiet f’kamra ddedikata għall-kreattività u għall-innovazzjoni fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar. 

Din il-kamra tissejjaħ STEM room, Science, Technology, Engineering and Mathematics, u se ssir b’investiment ta’ €35,000 mill-Aġenzija Komunità Malta. Permezz tagħha, it-tagħlim se jsir b’metodi interdixxiplinari, fejn jitħalltu x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-arti. L-għan aħħari hu li jiżdied il-litteriżmu xjentifiku u l-ħsieb kritiku tal-istudenti. 

Fl-ewwel fażi tax-xogħlijiet, tneħħa ħajt diviżorju bejn żewġ klassijiet biex inħoloq aktar spazju, inbidlu t-twieqi, sar xogħol ta’ gypsum u ġew installati aperturi tal-aluminium. 

Is-surmast tal-iskola, Ethelbert Fenech, spjega li l-kamra se jkun fiha tliet sezzjonijiet. F’parti minnhom, it-tfal se jkunu jistgħu jibnu robots u jagħmlu attivitajiet relatati mat-tagħlim tat-teknoloġija. F’parti oħra, se jkun hemm żona bis-sufanijiet, fejn tfal jistgħu jinteraġixxu flimkien u jwettqu proġetti fi gruppi. F’naħa oħra tal-kamra se jkun hemm multimedia area. 

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli miċ-ċittadinanza u l-komunitajiet, Alex Muscat, żar ix-xogħlijiet li saru minn meta tħabbar il-proġett ftit xhur ilu. “Permezz ta’ dan il-proġett, se ntejbu l-esperjenza edukattiva ta’ 520 student u studenta ta’ bejn it-tliet snin u l-ħdax-il sena”, qal is-segretarju parlamentari. 

“L-investiment dirett barrani qed jissarraf fi proġetti bħal dawn li qed iħallu impatt pożittiv fil-komunità Maltija u Għawdxija”, temm jgħid Alex Muscat.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: STEM room għall-istudenti tal-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: STEM room għall-istudenti tal-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: STEM room għall-istudenti tal-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow