Left arrow Go Back

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI

pr212112
Date Icon 25/11/2021

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qiegħed jappella għall-kawtela fid-dawl tal-maltemp qawwi li bħalissa qed jaħkem il-gżejjer Maltin.

Għaldaqstant, il-Protezzjoni Ċivili qed tappella biex wieħed ma jpoġġix lilu nnifsu fil-periklu bla bżonn u jiġu evitati postijiet fejn jaħkem il-baħar jew jgħaddi l-ilma, pereżempju widien. Fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-forza tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-lant tax-xogħol ġiet irduppjata sabiex tlaħħaq mas-sejħiet li qegħdin isirulha. Ir-rapporti jindikaw li din hi waħda mill-agħar maltempati f'ħafna żmien.

Id-Direttur Ġenerali, is-Sur Emanuel Psaila, spjega li bħalissa r-riżorsi tal-Protezzjoni Ċivili huma ffukati fuq operazzjonijiet ta' salvataġġ, għalhekk appella lill-pubbliku sabiex iċemplu fuq in-numru 112 f'każijiet tal-ikbar emerġenza. Filwaqt li sostna li ma hemmx lok għall-paniku, is-Sur Psaila spjega kif operazzjonijiet oħrajn, fosthom għajnuna biex jiġu kkontrollati għargħar, se jibqgħu għaddejjin. Madankollu, il-prijorità tad-Dipartiment tkun dejjem każijiet fejn jista' jkun hemm ħajja f'periklu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow