STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr212105
24/11/2021
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq Għar Bittija, Trejqet il-Ħarrub, Triq l-Irdum, Triq il-Liedna, Trejqet is-Sagħtar, Misraħ Santa Duminka, Triq Widnet il-Baħar u Triq il-31 ta' Diċembru 1678, Ħad-Dingli
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta' Novembru, 2021, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mid-19 ta' Novembru, 2021.
Other Press Releases:
PR261956
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...
PR261955en