Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Issir b’differenza t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run

pr212094
Date Icon 21/11/2021

Il-President ta' Malta George Vella, flimkien mas-Sra Vella, mexxa t-12-il edizzjoni ta' The President's Solidarity Fun Run b'risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li b'kollox ħadu sehem fiha madwar 7,000 ruħ. Minħabba r-restrizzjonijiet sabiex jinżamm taħt kontroll it-tixrid tal-pandemija, dan l-avveniment tant mistenni mill-pubbliku din id-darba sar fil-forma ta' mixja mmexxija mis-sindki f'58 belt u raħal madwar Malta u Għawdex.

Il-President u s-Sra Vella mxew fir-raħal tagħhom, iż-Żejtun, flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-konjuġi tagħhom, l-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna u s-Sindku tal-lokalità Doris Abela. Qabel bdiet il-mixja, saret quddiesa fil-knisja arċipretali taż-Żejtun, li ċċelebraha l-Arċisqof Scicluna.

Il-Fun Run ta' din is-sena ġiet fi tmiemha b'laqgħa mas-sindki fil-Palazz ta' Sant'Anton, li matulha l-President ippreżentalhom tifkira ta' radd il-ħajr. Il-President Vella rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom b'mod volontarju biex l-attività setgħet issir minkejja l-pandemija, partikolarment lill-kunsilli lokali u lil Sport Malta. Kellu kliem ta' ringrazzjament ukoll għan-nies, li wieġbu bi ħġarhom għas-sejħa tiegħu. Il-Kap tal-Istat irrimarka li f'din l-okkażjoni ħareġ il-veru karattru tal-poplu Malti, li huwa msejjes fuq l-ispirtu tas-solidarjetà u li mhux rifless fi mġiba kundannabbli bħal dik li rajna din il-ġimgħa.

Huwa appella biex il-mexxejja tal-pajjiż jagħtu eżempju sabiex tisseddaq l-għaqda fost il-poplu. “Is-solidarjetà l-poplu Malti qiegħda ġo fih u rridu nkunu aħna li noħorġuha u nġegħluh jesprimiha u juriha. Malli aħna li qegħdin immexxu nagħtu imbekkata biex dawn l-affarijiet isiru, il-poplu Malti awtomatikament isib l-għaqda ġo fih. Irridu nibnu fuq avvenimenti bħal dawn fejn wieħed jara ċar u tond li, fejn tidħol il-ħniena mal-batut, fejn tidħol l-għajnuna għal min għandu bżonn fil-mard, il-poplu Malti ma jibqax lura." Huwa fakkar li, matul is-sena kollha, il-Community Chest Fund ikollha bżonn il-flus biex tittratta t-talbiet għall-mediċini tal-kanċer u ta' mard ieħor u sabiex jiġu megħjuna dawk li jinsabu f'qagħda diffiċli.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Issir b’differenza t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Issir b’differenza t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Issir b’differenza t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Issir b’differenza t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Issir b’differenza t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow