Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Tinstab Arsema, it-tifla li kienet inħatfet mill-omm bijoloġika

pr212090
Date Icon 20/11/2021

Iċċelebrat il-Jum Dinji għat-Tfal 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, l-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ħabbar li t-tifla li kienet inħatfet mill-omm bijoloġika tagħha nstabet u tinsab fil-kura tal-awtoritajiet Ingliżi. 

Il-Ministru Falzon tenna li matul il-ġimgħa d-dieħla se jissoktaw il-proċeduri legali biex it-tifla tinġieb lura Malta, filwaqt li faħħar il-ħidma ta’ dawk kollha li ħadmu biex waslet din il-ġurnata.

Il-Ministru Falzon qal ukoll li dawn huma każijiet umani u ħadd m’għandu jużahom biex jiskorja punti politiċi.

Id-dinja llum qed tiċċelebra il-Jum Dinji għat-Tfal, ġurnata b’sinjifikat qawwi u li timmarka l-importanza biex kull tifel u tifla jingħataw l-aqwa trobbija possibbli u aċċess għall-edukazzjoni u għas-saħħa. Il-maġġoranza tat-tfal f’Malta jitrabbew u jgħixu mal-familja bijoloġika tagħhom, iżda jeżistu wkoll istanzi fejn it-tfal jinsabu taħt il-kura tal-Istat.  

Proprju f’din il-ġurnata, il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal ħareġ b’inizjattiva biex joħloq sistema fejn it-tfal taħt il-kura tal-Istat ikollhom aktar għarfien u aċċess għall-oriġini tagħhom, kif ukoll għajnuna emozzjonali ħalli jgħixu l-ewwel snin ta’ ħajjithom bl-aktar mod normali.

Il-Ministru Michael Falzon qal li d-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal, fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), se jkun qed jippromwovi l-idea ta’ life story book biex dawn it-tfal jibnu huma stess sekwenza tal-ewwel esperjenzi f’ħajjithom. Dan bil-għan li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-oriġini tal-familja bijoloġika tagħhom kif ukoll l-ewwel esperjenzi fil-ħajja tat-tfal.

L-idea ta’ life story book għandha l-għan li  b’mod gradwali tibni stampa tat-tfulija ta’ dawn il-minuri filwaqt li tagħtihom aktar possibbiltà għal informazzjoni dwar l-identità tagħhom.

Dan il-life story book huwa mmirat biex ikun ta’ sors utli għall-foster carers, għas-social workers u anke għall-ġenituri adottivi sabiex iservi ta’ gwida għalihom.

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-punt ċentrali huwa li nisimgħu u nifhmu lit-tfal waqt li jħallu r-rekordji tagħhom f’dan il-ktieb. Dan filwaqt li naraw u nħeġġu lit-tfal jinterpretaw huma stess l-iktar avvenimenti importanti f’ħajjithom.

Dan l-istorybook se jkun qed jinkludi suġġetti importanti relatati mal-ħajja tat-tfal bħal:

• Id-drittijiet u d-doveri tat-tfal

• X’jifhmu t-tfal bit-terminu ‘alternative care’

• Id-delizzji favoriti tagħhom

• Ritratti mal-familja jew fir-residenza li qed jgħixu

• Ritratti u memorji tal-familja bijoloġika tagħhom

• Dubji u feedback pożittiv dwar il-membri tal-familji tagħhom fost l-oħrajn

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Tinstab Arsema, it-tifla li kienet inħatfet mill-omm bijoloġika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Tinstab Arsema, it-tifla li kienet inħatfet mill-omm bijoloġika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow