Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Is-servizz Silver-T jiġi estiż f’iżjed lokalitajiet

pr212008
Date Icon 09/11/2021

Id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed ikompli jwessa’ s-servizz ta’ trasport b’xejn lill-anzjani biex jitwasslu għall-qadi essenzjali. Barra minn hekk, qed jinbeda proġett pilota bi tliet lokalitjiet jingħaqdu f’żona waħda.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia waqt konferenza tal-aħbarijiet. Iż-żona tal-proġett pilota se tinkludi l-Mosta, in-Naxxar u Ħal Għargħur.

Is-servizz ta’ trasport b’xejn magħruf bħala Silver-T huwa indirizzat lejn l-anzjani biex jitwasslu għall-qadi essenzjali bħal banek, kliniċi, kunsilli lokali, knisja u oħrajn. Eventwalment, dan is-servizz se jiġi estiż madwar Malta u Għawdex kollha. Għal dan l-għan, għadha kif ħarġet sejħa għall-offerti għal vannijiet elettriċi tal-passiġġieri biex jintużaw f’kull żona.

Id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jirċievi ’l fuq minn 1,000 telefonata fix-xahar għal dan is-servizz.

Anzjani interessati għandhom jibbukkjaw mhux aktar tard minn jumejn qabel u mhux aktar kmieni minn tlett ijiem qabel, fuq in-numru tat-telefon 21695544. Is-servizz jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7am sas-2pm. Għal aktar informazzjoni fuq dan is-servizz, wieħed jista’ wkoll iżur is-sit elettroniku fuq www.activeageing.gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Is-servizz Silver-T jiġi estiż f’iżjed lokalitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Is-servizz Silver-T jiġi estiż f’iżjed lokalitajiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow