Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Imħabbar investiment ta’ €3 miljun – tisbiħ estensiv fl-iskola tal-Għarb

pr211995
Date Icon 06/11/2021

Tħabbar proġett ieħor ta' infrastruttura edukattiva, investiment ta' €3 miljun li permezz tiegħu se jgawdu l-istudenti u l-edukaturi fl-iskola tal-Għarb, Għawdex. Il-proġett se jara li l-istudenti u l-edukaturi f'din l-iskola jkollhom ukoll ambjent adekwat biex jieħdu u jagħtu t-taħlim tagħhom.

“Kif tħabbar fil-Baġit, il-Ministeru għall-Edukazzjoni huwa impenjat bis-sħiħ biex itejjeb is-setturi kollha li flimkien huma s-sinsla tal-edukazzjoni ta' uliedna, inkluża l-infrastruttuta edukattiva. L-investiment li qegħdin nagħmlu fl-infrastruttura edukattiva ta' pajjiżna huwa investiment bla preċedent ta' madwar €150 miljun li €50 miljun huwa f'Għawdex", qalet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana.

Fil-gżira Għawdxija qed isir investiment fit-tisbiħ ta' diversi skejjel eżistenti fil-livell primarju. Apparti l-bini ta' skola primarja ġdida fir-Rabat u l-proġett tal-middle school, hemm proġetti fl-iskejjel primarji tan-Nadur, ta' Kerċem u taż-Żebbuġ, filwaqt li fl-iskola primarja f'Ta' Sannat se tinbena sensory-hydro-therapy pool. F'din l-iskola jattendu tfal u studenti adulti żgħar bi ħtiġijiet edukattivi individwali.

Il-proġett tal-Għarb jinvolvi t-tisbiħ estensiv tal-iskola primarja eżistenti u huwa maħsub biex ikun hemm spazji edukattivi moderni, aċċessibbli u komdi għal uliedna u għall-edukaturi. Din l-iskola li hija mibnija fuq sular wieħed, u li ilha inawgurata mill-1961, se tingħata dehra kompletament ġdida fuq ġewwa u fuq barra. Dan se jsir b'disinn mill-ġdid tal-ispazji miftuħa u rikreattivi kif ukoll bil-ħolqien ta' spazji ġodda għat-tagħlim ta' suġġetti extrakurrikulari. 

Permezz tal-proġett se tkun indirizzata l-aċċessibbiltà fil-binja biex tkun skont il-liġi. Dan qed isir f'kull proġett li qed isir fl-iskejjel. L-iskola se jkollha wkoll għamara ġdida li tħeġġeġ aktar l-inklużjoni fit-tagħlim.

Fil-proġetti kollha, inkluż fl-Għarb, l-ambjent huwa prijorità, tant li f'din il-binja se jkunu introdotti miżuri effiċjenti fl-enerġija skont kif mitlub mil-liġi.

Biex ix-xogħol isir b'ritmu mgħaġġel u ma jkunux ipperikolati t-tfal u l-edukaturi, sakemm isir ix-xogħol, it-tagħlim se jingħata fi klassijiet temporanji fl-istess post ta' din l-iskola, biex it-tfal jibqgħu jitgħallmu fl-ambjent tal-iskola tagħhom li huma mdorrijin fih.

Għat-tħabbira ta' dan il-proġett kienu preżenti l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, li għandha l-proġett f'idejha, Neville Young, il-kap tal-iskola Marthese Attard u s-Sindku tal-Għarb, David Apap.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Imħabbar investiment ta’ €3 miljun – tisbiħ estensiv fl-iskola tal-Għarb
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Imħabbar investiment ta’ €3 miljun – tisbiħ estensiv fl-iskola tal-Għarb
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Imħabbar investiment ta’ €3 miljun – tisbiħ estensiv fl-iskola tal-Għarb
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow