Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Premju Soċjetà Ġusta: Nippremjaw il-ħidma fil-qasam tad-diżabilità u l-inklużjoni

pr211989
Date Icon 04/11/2021

Għal darb'oħra, il-gvern se jkun qiegħed jippremja l-ħidma, l-impenn u d-dedikazzjoni li wrew nies jew azjendi partikolari fis-settur tad-diżabilità permezz tal-Premju Soċjetà Ġusta.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli nediet il-ftuħ għan-nominazzjonijiet għal dan il-premju li se jkun qiegħed jingħata bħala l-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet waqt il-ġimgħa ddedikata għad-diżabilità.

B'kollox se jkunu qegħdin jingħataw ħames premjijiet. Dawn jinkludu l-premju għal kisba tul il-ħajja fis-settur tad-diżabilità; premju għal ħidma fit-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità; Premju Soċjetà Ġusta; premju parteċipazzjoni attiva fl-isport, arti u kultura; u premju għall-iktar post tax-xogħol li jopera b'mod inklussiv.

Waqt it-tnedija tal-ftuħ tan-nominazzjonijiet, il-Ministru Farrugia Portelli spjegat kif permezz ta' dan il-premju l-Gvern irid jirrikonoxxi lil dawk il-persuni li bil-kwalitajiet tagħhom irnexxielhom jagħmlu differenza kbira u pożittiva fil-ħajjiet tal-persuni b'diżabilità.

Il-Ministru spjegat li l-Gvern irid jesprimi apprezzament lil kull min jaħdem għal soċjetà iżjed inklussiva, fejn persuni b'diżabilità u dawk qrib tagħhom, bħall-familjari u assistenti tagħhom, ikunu jistgħu jesperjenzaw atteġġjamenti aktar miftuħa, aċċessibilità u kundizzjonijiet li jinkoraġġixxu għajxien indipendenti u fil-komunità.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li l-prinċipju li se jiggwida l-għażliet għal dan il-premju se jkun dak li jkollna soċjetà aktar ġusta, fejn il-persuni b'diżabilità jieħdu sehem attiv fil-komunità. Saħqet li bħala soċjetà aħna fid-dmir li nkissru l-isterjotipi.

Il-Ministru qalet li rridu nippremjaw u nroddu ħajr lil dawk li b'għemilhom jimbottaw lill-persuni b'diżabilità biex jinstinkaw ħalli f'ħajjithom joħorġu l-abbiltajiet li għandhom u anke jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Il-Ministru Farrugia Portelli spjegat li dan il-premju għaqqad ukoll mal-valuri li tnedew fl-Istrateġija Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Persuni b'diżabilità iktar kmieni din is-sena. Spjegat kif b'mod speċjali dan il-premju jagħti r-rikonoxximent lill-individwi b'diżabilità u organizzazzjonijiet volontarji li matul is-sena jaħdmu bla heda u jniedu diversi inizjattivi relatati ma' dan is-settur sabiex tiżdied l-aċċessibilità u l-inklużjoni.

Il-Bord ta' Evalwazzjoni għall-Premju Soċjetà Ġusta 2021 se jkun qed jilqa' n-nominazzjonijiet għal dan il-premju. Il-formola ta' applikazzjoni trid tittieħed jew tintbagħat l-uffiċini tal-Ministeru għall-Inklużjoni u Kwalità tal-Ħajja, 89, Palazzo Francesco, Triq Sir Ugo Mifsud, Lija, jew inkella tintbagħat online fuq is-sit www.inkluzjoni.gov.mt. Il-formola tinkiseb mill-istess uffiċini, kif ukoll mis-sit online.

L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tlieta, 30 ta' Novembru 2021 f'nofsinhar. Applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-għeluq ma jiġux kkunsidrati.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Premju Soċjetà Ġusta: Nippremjaw il-ħidma fil-qasam tad-diżabilità u l-inklużjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow