Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

pr211982
Date Icon 03/11/2021

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali, 'Smart and RF meters' contribution to more accurate and timely utilities billing', reġa' kkonferma kif il-kontijiet tal-enerġija llum jinħadmu bl-istess mod li dejjem inħadmu. Fil-fatt, l-unika bidla li saret mill-2013 'il quddiem kienet li dawn il-kontijiet roħsu b'25%.

Il-liġi li hemm fis-seħħ illum u li fuqha jinħadmu l-kontijiet daħlet fl-2009. Fil-konklużjonijiet tiegħu, l-Awditur Ġenerali kien ċar meta qal; “Practices adopted by the utilities' corporations and ARMS have always been based on pro rata basis" u “all workings were found to be correct".

Filwaqt li kawt minħabba interpretazzjonijiet differenti f'każ li hemm quddiem il-Qorti, meta kkummenta fuq tibdil li jista' jsir fuq is-sistema preżenti, l-Awditur Ġenerali qal li kwalunkwe bidla trid tkun studjata b'reqqa u b'responsabbiltà. Skont ir-rapport tal-Awditur Ġenerali, dan għandu jiġri għaliex jeżisti r-riskju li l-bidla tista' twassal biex iżżid il-kontijiet ta' ċertu klijenti, filwaqt li wera tħassib ukoll li ssir b'mod li tippremja lil min jaħli l-iktar, xi ħaġa li l-Awditur Ġenerali nnifsu jgħid li tmur għalkollox kontra l-polluter pays principleu allura kontra t-trattat tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji li jirriżultaw minnu.

Fir-rapport tiegħu, l-Awditur Ġenerali jgħid li, bis-sistema tal-annualisation, konsumaturi li jaħlu ħafna se jgawdu l-aktar, filwaqt li konsumaturi li joqgħodu attenti fil-konsum tagħhom jispiċċaw jintlaqtu ħażin.

Dan jirrifletti dak li diġa' ddikjara l-Ministeru għall-Enerġija meta qal li dikjarazzjonijiet mgħagġla li saru mill-Oppożizzjoni kienu se jżidu l-kontijiet ta' eluf ta' klijenti u kienu se jipperikolaw ukoll il-benefiċċju tal-eco-reduction. L-Awditur Ġenerali jinnota wkoll id-dikjarazzjoni tal-gvern fil-Baġit 2022, fejn impenja ruħu li jindirizza din il-kwistjoni u ntqal b'mod ċar li kull bidla li ssir trid tkun “ġusta għal kulħadd."

Fil-konklużjonijiet tiegħu, l-Awditur Ġenerali kien ċar illi l-kontijiet maħduma skont din il-metodoloġija ġeneralment kienu korretti.

Għalhekk li l-Awditur Ġenerali kiteb; “more in-depth studies are required as quasi favouring the heaviest peak consumers would deviate from the fundamental polluter pays principle".

Il-ħtieġa ta' soluzzjonijiet maħsuba u mhux ibbażati fuq il-populiżmu jirriflettu l-pożizzjoni li diġa' ħa dan il-gvern li fil-Baġit għas-sena d-dieħla ddikjara li se titħabbar sistema ġdida li hi ġusta għal kulħadd mingħajr ma tagħmel impatt negattiv lil ebda klijent. Dan għall-kuntrarju ta' dak li kien qed jingħad mill-Oppożizzjoni, li bil-proposta mgħaġġla tagħhom kienu se jwasslu biex jgħolew il-kontijiet lil eluf ta' klijenti. 

Filwaqt li l-Oppożizzjoni ma toffrix soluzzjonijiet studjati, il-gvern Malti baqa' jassigura l-irħas kontijiet għall-konsumaturi Maltin fi żmien ta' kriżi internazzjonali, meta fl-istess ħin f'pajjiżi oħra madwar l-Unjoni Ewropea kienu reġistrati żidiet konsiderevoli. Malta llum għandha l-irħas kontijiet tal-enerġija fiż-Żona Ewro għax dan il-gvern għażel li jieħu n-naħa tal-konsumaturi Maltin u Għawdxin u ma jitfax fuqhom piżijiet ta' pressjonijiet internazzjonali meta għadna ħerġin minn pandemija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow