Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta taħdem biex tliet kwarti tal-oċean li ma jaqgħu taħt l-ebda stat jitqiesu wirt komuni tal-umanità - Il-Ministru Evarist Bartolo

pr211977
Date Icon 03/11/2021

B'siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, Malta tissokta taħdem sabiex tliet kwarti tal-oċean li ma jaqgħu taħt l-ebda stat jitqiesu wirt komuni tal-umanità. Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo f'laqgħa virtwali dwar it-tibdil fil-klima, il-paċi u s-sigurtà bħala parti mill-attivitajiet tal-COP26 fi Glasgow. Malta qed taspira li sservi fuq il-Kunsill tas-Sigurtà bejn l-2023 u l-2024.

Il-Ministru Evarist Bartolo qal li Malta ilha 54 sena tqis il-pjaneta bħala d-dar komuni tagħna, minn żmien l-ambaxxatur Arvid Pardo u l-proposta tiegħu li l-ġid fil-baħar jitqies wirt komuni tal-umanità.

“Mill-1988, għidna biex ilkoll flimkien nieħdu ħsieb it-tibdil fil-klima għax tolqot lill-bnedmin kollha. Fl-2015, ħdimna biex jintlaħaq ftehim u jinkiseb appoġġ għall-Patt ta' Pariġi dwar il-Bidla tal-Klima."

Il-Ministru Bartolo qal li Malta se tkompli b'dan l-impenn favur il-gżejjer żgħar li l-inqas iniġġsu u l-aktar li jintlaqtu.

“Naħdmu favur l-Afrika, għax jekk il-klima tisħon iżjed se jitilfu 15% tal-ġid nazzjonali tagħhom u 100 miljun oħrajn se jiffaċċjaw il-ġuħ. Ħafna jemigraw ifittxu ħajja aħjar u jsiru vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u joħolqu sfidi għall-pajjiżi oħra."

Il-Ministru Bartolo qal li fid-dinja jintefqu żewġ triljun dollaru fuq l-armamenti kull sena, iżda għadna m'aħniex insibu 100 biljun dollaru (5%) biex ma nħallux it-temperatura ma tgħoliex iżjed minn 1.5 grad Celsius ieħor. Huwa qal li l-bidla fil-klima, il-paċi u s-sigurtà jridu jintrabtu mal-iżvilupp ekonomiku u soċjali biex titejjeb il-ħajja tan-nies.

“Irridu ngħinu lin-nies u lill-pajjiżi jagħmlu l-bidliet fil-konsum u l-produzzjoni, inkella se nfallu, għax in-nies għandhom dritt għall-għajxien diċenti. Jekk ma jiksbux dan, la jkun hemm paċi u lanqas stabbilità, u jduru kontra l-miżuri biex titrażżan il-bidla fil-klima għax joħolqulhom tbatijiet ġodda," qal il-Ministru Bartolo.

Il-laqgha tmexxiet mill-Munich Security Conference u fost dawk li ħadu sehem kien hemm Jens Stoltenberg, Segretarju Ġenerali tan-NATO, u Ben Wallace, Ministru tad-Difiża Brittaniku, Raychelle Omamo, Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kenja u Miguel Berger, is-Segretarju tal-Istat Ġermaniż. Immodera l-Ambaxxatur Wolfgang Ischinger tal-Munich Security Conference.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta taħdem biex tliet kwarti tal-oċean li ma jaqgħu taħt l-ebda stat jitqiesu wirt komuni tal-umanità - Il-Ministru Evarist Bartolo
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow