Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-gvern japoġġja kumpaniji bbażati f’Malta biex iżidu l-attività tagħhom fil-Golf

pr211966
Date Icon 01/11/2021

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo faħħar l-isforzi tal-kumpaniji bbażati f’Malta biex jaċċessaw swieq internazzjonali kbar, bħal dawk f’pajjiżi fir-reġjun tal-Golf.  Il-Ministru Bartolo qal dan fi żjara lill-kumpanija Foster Clark Products Limited li qed tespandi l-attività kummerċjali tagħha fil-pajjiżi tal-Golf.

Flimkien ma’ numru ta’ kumpaniji oħrajn Maltin, Foster Clark Products Ltd ipparteċipat regolarment f’Gulfood, l-akbar fiera fid-dinja tal-ikel u xorb li ssir kull sena f’Dubaj. Foster Clark Products Ltd tikkompeti mal-aqwa prodotti tal-ikel madwar id-dinja u tesporta l-prodotti tagħha f’43 pajjiż fl-Afrika u 15-il pajjiż fil-Lvant Nofsani, waqt li l-esportazzjoni totali tagħha hija mifruxa f’aktar minn 90 pajjiż madwar id-dinja.

“Huwa fid-dmir tagħna li kumpaniji bbażati f’Malta, bħal Foster Clarks Products Ltd., li jieħdu l-inizjattiva biex ikabbru l-attività tagħhom fil-Golf u lil hinn minnu u jkunu ta’ eżempju, nappoġġjawhom bi sħiħ,” qal il-Ministru.

Malta għandha rabtiet sodi ma’ pajjiżi fil-Golf u dan ikkontribwixxa għall-benesseri ekonomiku tal-pajjiżi kollha involuti. Bl-għan li jirrifletti d-determinazzjoni ta’ Malta li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi tagħha ma’ pajjiżi fir-reġjun tal-Golf, il-Ministru Bartolo żar u mexxa delegazzjonijiet lejn il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda matul din is-sena. 

“Il-messaġġ fl-iskambji tiegħi mal-pajjiżi tal-Golf dejjem kien li huma jixtiequ jaraw aktar preżenza u impenn fir-reġjun mill-UE u l-istati membri tal-UE,” tenna l-Ministru, filwaqt li saħaq li Malta trid iżżid il-ħidma tagħha f’dan il-mument, partikolarment wara d-Dikjarazzjoni ta’ Al Ula aktar kmieni din is-sena, li wittiet it-triq għar-rikonċiljazzjoni u naqqset it-tensjonijiet fost il-pajjiżi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf.

Sforzi biex jiġu żgurati relazzjonijiet ma’ pajjiżi fir-reġjun tal-Golf jinkludu l-ftuħ ta’ ambaxxata ġdida Maltija f’Doha aktar kmieni din is-sena, b’żieda ma’ dawk fil-Kuwajt, l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda.

Matul is-snin, Malta kkonkludiet diversi ftehimiet ma’ pajjiżi fir-reġjun bl-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-kummerċ u investiment f’numru ta’ setturi. Prova ta’ dawn l-inizjattivi hija ż-żieda fil-kummerċ bejn Malta u r-reġjun tal-Golf, kif ukoll it-titjiriet li tkomplew bejn Malta u l-UAE biex jiffaċilitaw l-iskambji kummerċjali mar-reġjun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-gvern japoġġja kumpaniji bbażati f’Malta biex iżidu l-attività tagħhom fil-Golf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-gvern japoġġja kumpaniji bbażati f’Malta biex iżidu l-attività tagħhom fil-Golf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-gvern japoġġja kumpaniji bbażati f’Malta biex iżidu l-attività tagħhom fil-Golf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow