Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Donazzjoni ta’ €10,000 b’risq Hospice Malta mill-impjegati ta’ San Vinċenz de Paul

pr211961
Date Icon 29/10/2021

Fl-okkażjoni tax-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-marda tal-kanċer, il-ħaddiema u r-residenti ta' San Vinċenz de Paul organizzaw jum ta' attivitajiet biex jinġabru fondi b'risq Hospice Malta.

Is-somma ta' €10,000, li nġabret mill-ħaddiema u r-rapprezentanti tagħhom, ġiet ippreżentata lill-Kap Eżekuttiv ta' Hospice Malta Kenneth Delia, fil-preżenza tal-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela u l-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Michael Farrugia faħħar lill-ħaddiema li għarfu jqumu għall-okkażjoni u organizzaw din l-attività b'impenn u dedikazzjoni kbira.

Huwa fakkar li llum il-ġurnata, il-faċilità San Vinċenz mhijiex biss residenza, iżda toffri wkoll livell għoli ta' kura, investigazzjonijiet mediċi u servizzi li qed jiġu offruti anke għall-anzjani li jgħixu fil-komunità u dan bl-iskop ewlieni li jkun hemm inqas piż fuq l-isptar Mater Dei.

Il-Ministru Michael Farrugia esprima l-pjaċir tiegħu għall-fatt li Hospice Malta kompliet tevolvi fis-soċjetà Maltija u l-kura paljattiva llum hija parti integra mal-mod ta' kif wieħed għandu jkun jaf kif iġib ruħu ma' persuni morda bil-kanċer u l-qraba tagħhom.

Huwa fakkar fit-taħriġ li bħalissa qed jingħata lill-ħaddiema fis-settur tal-ospitalità, b'kollaborazzjoni mal-ITS, u l-pjan li eventwalment il-ħaddiema jkomplu jingħataw taħriġ dwar kif għandhom jindirizzaw persuni li jkunu waslu fl-aħħar ta' ħajjithom.

Huwa temm jgħid li huwa tajjeb li jinġabru fondi iżda jkun iktar tajjeb kieku kellhom jonqsu l-każi tal-mard tal-kanċer għax ikun hawn iżjed għarfien dwar kif wieħed jista' jippreveni din il-marda jew jidentifikaha fi stadju bikri.

Fid-diskors tagħha, Dr Lydia Abela faħħret din l-inizjattiva mtella' mill-ħaddiema stess li jaħdmu San Vinċenz, li ttellgħet għat-tielet sena konsekuttiva, fejn din is-sena nġabret is-somma rekord ta' €10,000. Dawn il-fondi se jmorru għal għan nobbli u li ser jibbenefikaw minnhom nies li għandhom bżonn għajnuna ta' servizzi varji mingħand Hospice Malta.

Dr Abela kompliet itenni u tfaħħar ix-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema mal-anzjani. Hija saħqet li x-xogħol tagħhom imur oltre minn dak ta' servizz provdut għaliex bid-dedikazzjoni tagħhom jagħtu wkoll wens, kumpanija u ħbiberija lir-residenti li jgħixu ġewwa San Vincenz.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Donazzjoni ta’ €10,000 b’risq Hospice Malta mill-impjegati ta’ San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Donazzjoni ta’ €10,000 b’risq Hospice Malta mill-impjegati ta’ San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Donazzjoni ta’ €10,000 b’risq Hospice Malta mill-impjegati ta’ San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow