Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Viżjoni komuni li twassal għal ikel lokali bi produzzjoni b’saħħitha u sostenibbli

pr211958
Date Icon 29/10/2021

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema “Malta li Rridu għal Uliedna", tkellem fuq il-Baġit 2022. Hu enfassizza t-tfassil ta' numru ta' miżuri li jorbtu mat-tema komuni ta' kif se naslu għal katina ta' produzzjoni ta' ikel lokali aktar b'saħħitha u sostennibbli.

Il-Ministru Refalo semma l-investiment fis-sistemi ta' kontroll u faċilitajiet biex il-prodott Malti jinbiegħ skont standards tas-suq ogħla, sabiex nikkumbattu l-frodi fil-bejgħ, u tinkiseb distinzjoni permezz ta' marki ta' kwalità u ċertifikazzjoni.

Semma wkoll kif se joħorġu inċentivi biex aktar raba' jinħadem imma fl-istess ħin jintlaħqu l-miri tal-istrateġija Farm to Fork. Tkellem ukoll dwar miżuri oħra li huma pjanati għax-xhur li ġejjin li se jorbtu ma' ħidma li diġà kienet għaddejja fil-qasam tal-ikel biex jibqgħu għaddejjin l-inċentivi u l-iżvilupp sabiex titfassal viżjoni komuni għall-katina tal-ikel li tkun ibbażżata fuq ir-realtajiet u l-isfidi li jikkaratterizzaw is-sigurtà tal-ikel f'pajjiżna. Bħala parti mill-proċess ta' żvilupp ta' politika nazzjonali għall-ikel se titfassal strateġija u pjan ta' azzjoni dwar il-produzzjoni organika f'Malta.

Għall-ewwel darba, fil-baġit ta' din is-sena, ġew allokati €125,000 għan-neutering ta' qtates stray sabiex jgħin fit-tnaqqis tan-numru ta' qtates li jitwieldu fit-toroq u li sfortunatament jispiċċaw morda jew inkella agħar. Se jiġi esplorat fid-dettall il-fattibbiltà li jitwaqqaf ċentru ta' rehoming mill-aktar modern u avvanzat, b'investiment fl-iżvilupp ta' Strateġija Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Annimali. Iċ-ċimiterju tal-annimali domestiċi se jibda jopera mis-sena d-dieħla.

Is-sajjieda Maltin u Għawdxin se jkollhom l-aħjar infrastruttura sabiex jiġi ffaċċilitat xogħolom kemm jista jkun. Wara l-investimenti li saru fi skallijiet, f'faċilitajiet tajbin għall-ħatt tal-ħut, f'restawr tal-winch rooms, kif ukoll f'uffiċini reġjonali bħal Mġarr Għawdex u Marsaxlokk, issa se titjieb l-infrastruttura permezz ta' proġett nazzjonali ta' installazzjoni ta' pilastri li jipprovdu l-ilma u l-elettriku. Proġett li mistenni jolqot b'mod pożittiv lis-sajjieda f'diversi komunitajiet fosthom il-Marsa, Wied il-Għajn, Birżebbuġa u ġewwa Għawdex.

Qed isir titjib u manutenzjoni kontinwa fil-binja tal-pitkalija biex dejjem jiġi aġġornat il-post kif jixraq, post li minnu joħroġ l-ikel għall-konsumatur. Dan dejjem sar b'konsultazzjoni sħiħa mal-għaqdiet tal-bdiewa biex flimkien mat-tmexxija tal-aġenzija nilħqu l-oġġetivi tal-ħidma tal-istess aġenzija fejn jidħol il-qasam ta' l-ikel f'pajjiżna. B'investiment ta' madwar €100,000, fost proġetti oħra li qed isiru nbiddlu s-soqqfa tal-pitkalija biex ikun assigurat li l-prodott imwassal frisk kuljum mill-bidwi jitħalla f'post diċenti biex wara jkun jista jitwassal lill-konsumatur.

B'viżjoni ċara l-gvern qed iwettaq miżura wara miżura biex nkomplu ntejbu l-ħajja tal-ħaddiema u l-poplu Malti u Għawdxi kollu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Viżjoni komuni li twassal għal ikel lokali bi produzzjoni b’saħħitha u sostenibbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow