Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ISPORT, IR-RIKREAZZJONI U L-GĦAQDIET VOLONTARJI Malta li rridu għal uliedna: Baġit rekord għall-isport Malti u għall-atleti tagħna

pr211949
Date Icon 28/10/2021

Il-Baġit 2022 se jkun wieħed rekord għas-settur tal-isport, tant li l-investiment fis-settur u fl-atleti se jiżdied minn €12-il miljun għal €20 miljun, żieda b'madwar €8 miljun.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima matul konferenza tal-aħbarijiet li fiha kienu elenkati l-proġetti sportivi.

Is-segretarju parlamentari semma li fl-aħħar tnax-il xahar SportMalta ħadmet biex tkompli ttejjeb l-infrastruttura bħall-padiljun tal-handball, indoor pool ta' livell Olimpiku, il-padiljun tal-basketball, il-pixxina tas-Sirens u r-restawr tal-bini tal-1903 fil-Marsa. Numru ta' artijiet tal-gvern għaddew lil aktar assoċjazzjonijiet sportivi biex jiżviluppaw il-bini tagħhom.

Spjega li fl-2022 SportMalta ser tkompli tinvesti f'aktar faċilitajiet sportivi. Fil-Kumpless tal-Marsa ser ikompli x-xogħol fuq żewg kumplessi ġodda, wieħed iddedikat għall-ġinnastika u ieħor għall-isport tal-isquash u l-weightlifting. 

SportMalta se tkun sieħeb ewlieni fl-organizzazzjoni tal-logħob tal-Olimpjadi speċjali f'Mejju 2022 u fit-tħejjija tal-Logħob ta' Stati Żgħar fl-2023. Din il-ħidma diġà bdiet din is-sena fejn tqassmu madwar €7 miljuni f'fondi kemm lill-assoċjazzjonijiet sportivi u anke lill-Kumitat Olimpiku Malti sabiex ikunu investiti u jinkisbu riżultati aħjar. Din l-għajnuna finanzjarja se tinvesti f'kowċis u f'taħriġ varju.

Fl-2021 ser jiġi konkluż ix-xogħol fuq iċ-ċentru tat-tennis f'Pembroke. Fost proġetti oħrajn hemm ir-rowing tank għall-qaddiefa, outdoor velodrome f'Ta' Qali u investiment fil-Kumpless ta' Marija Assunta.

Is-segretarju parlamentari nnota l-investiment li sar fl-isport akkwatiku primarjament il-pixxina indoor ta' daqs Olimpiku f'Bormla. Irrimarka li ladarba tkun lesta l-pixxina, jibdew ix-xogħlijiet fuq il-park tal-avventura. Is-segretarju parlamentari aċċenna għall-pjan avvanzat biex il-klabb tal-waterpolo ta' San Ġiljan ikollu l-pixxina tiegħu. Se jsir xogħol ukoll fuq il-pitches tal-waterpolo f'Marsaskala u f'Marsaxlokk u se tiġi inawgurata l-pixxina tas-Sirens ta' San Pawl il-Baħar.

Wara l-ftehim storiku ta' €6 miljun mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol fejn se jinbidlu 68 wiċċ tal-grawnd tal-futbol, se jsir investiment f'grawnd tal-futbol ġdid għal Msida St Joseph u se jibda x-xogħol fuq il-grawnd tal-futbol tan-Naxxar.

Clifton Grima semma wkoll il-faċilità tal-motorsport. Din il-faċilità se ssir b'investiment ta' €20 miljun, b'kollaborazzjoni mal-Malta Motorsport Federation. B'hekk, matul l-2022 se jibda x-xogħol sabiex id-dilettanti tal-motorsport ikollhom lok denju fejn jippratikaw dan l-isport.

Tenna wkoll li sar investiment ta' €5 miljun dirett fl-atleti li se jkunu qed jipparteċipaw fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-2023.

Il-Volontarjat

Is-segretarju parlamentari rrefera wkoll għall-ħidma li qed issir fis-settur volontarju. Xhieda ta' dan huwa l-mod ta' kif il-gvern, matul il-perjodu tal-pandemija, offra għajnuna kbira tant li kienu assigurati €5 miljun biex l-għaqdiet volontarji jibqgħu joffru s-servizzi.

Ġie spjegat li f'dan il-baġit kien hemm żieda sostanzjali fil-volontarjat. Din iż-żieda se tkun qed issarraf f'għajnuna teknika b'servizz ġdid sabiex l-għaqdiet volontarji jkunu jistgħu jwaqqfu l-għaqda tagħhom, investiment għall-użu ta' sistemi teknoloġiċi biex jissaħħaħ l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u tiġġedded l-iskema għall-għaqdiet volontarji sabiex jinvestu f'enerġija alternattiva sabiex inaqqsu l-konsum tal-enerġija.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima kkonkluda li dawn l-investimenti kollha huma possibbli għaliex il-gvern mar għand l-isportivi u għand l-għaqdiet volontarji u fassal baġit li jindirizza l-isfidi mhux biss tal-lum iżda anke tal-futur.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ISPORT, IR-RIKREAZZJONI U L-GĦAQDIET VOLONTARJI Malta li rridu għal uliedna: Baġit rekord għall-isport Malti u għall-atleti tagħna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow