Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-futur tal-Ewropa – Iċ-ċittadini tagħna qed iħarsu lejn l-Ewropa għall-benesseri tagħhom. Ma nistgħux niddiżappuntawhom

pr211938
Date Icon 24/10/2021

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, ipparteċipa fil-konferenza dwar il-futur tal-Ewropa fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu bejn it-22 u t-23 ta' Ottubru, 2021.

Matul il-parteċipazzjoni tiegħu fil-grupp ta' ħidma dwar il-migrazzjoni, il-Ministru Abela qal li l-patt il-ġdid għall-migrazzjoni jeħtieġ li jkompli jiġi diskuss u wieħed jittama li tittieħed deċiżjoni biex il-migrazzjoni irregolari tiġi ġestita aħjar.

L-għan ewlieni tal-konferenza huwa li sservi bħala opportunità għaċ-ċittadini Ewropej biex jiddibattu dwar l-isfidi u l-prijoritajiet tal-Ewropa. Il-konferenza tista' tkun effettiva jekk iċ-ċittadini jkunu fil-qalba tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Madanakollu, il-Ministru Abela enfasizza waqt l-intervent tiegħu li, “Is-suċċess ta' din il-konferenza jiddependi l-ewwel nett fuq kemm nisimgħu u t-tieni fuq kemm nattwaw."

F'din l-aġenda, Pjattaforma Diġitali Multilingwi, il-ministru spjega li biex il-konferenza tkun effettiva, ħadd m'għandu jitħalla lura. Qal li ċittadini minn kull qasam tal-ħajja għandu jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw u jsemmgħu leħinhom. Għalhekk, “ilkoll kemm aħna għandna naħdmu aktar biex inġibu aktar ċittadini fil-proċess tal-konferenza permezz tal-pjattaforma diġitali biex niżguraw li r-riżultati ġenwinament jirriflettu t-tamiet u t-tħassib taċ-ċittadini."

Irrimarka li, “Qed naraw sinjali ċari li ċ-ċittadini tagħna jimpurtahom mill-futur tal-pjaneta tagħna u minn dak li qed tagħmel l-UE biex tissalvagwardja l-kwalità tal-arja tagħna, l-ikel tagħna u l-ilma tagħna". Il-ministru rrimarka wkoll li ċ-ċittadini qed jibagħtu sinjali ċari li jimpurtahom mis-saħħa tas-soċjetajiet tagħna, bi kwistjonijiet bħall-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol l-aktar li jikkonċernawhom.

Fi tmiem l-indirizz tiegħu lill-plenarja, il-Ministru Abela qal li l-futur mhuwiex sempliċiment xi ħaġa li nidħlu fih, imma li noħolqu. Malta se tara li nies, li sa issa ma kellhomx l-opportunità li jikkontribwixxu, se jkunu qed jagħmlu dan fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin, inklużi aktar nisa u l-ġenerazzjoni ikbar fl-età.

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-futur tal-Ewropa – Iċ-ċittadini tagħna qed iħarsu lejn l-Ewropa għall-benesseri tagħhom. Ma nistgħux niddiżappuntawhom
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-futur tal-Ewropa – Iċ-ċittadini tagħna qed iħarsu lejn l-Ewropa għall-benesseri tagħhom. Ma nistgħux niddiżappuntawhom
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-futur tal-Ewropa – Iċ-ċittadini tagħna qed iħarsu lejn l-Ewropa għall-benesseri tagħhom. Ma nistgħux niddiżappuntawhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow