Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim b’investiment ta’ €1 miljun għall-prevenzjoni u l-kura kontra l-abbuż mill-vizzji

pr211934
Date Icon 23/10/2021

Se jkunu pprovduti aktar servizzi mill-Aġenzija Sedqa għat-tisħiħ tal-prevenzjoni u l-kura kontra l-abbuż mill-vizzji.  Dan il-ftehim se jsir b'investiment totali ta' €1 miljun.

Dan sar possibbli permezz ta' ftehim bejn il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Fondazzjoni responsabbli mis-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. 

Dan il-ftehim ikompli jixhed l-importanza li l-Gvern qed jagħti għall-prevenzjoni tal-vizzji u għall-miżuri ta' harm reduction ma' dawk li diġà jużaw sustanza jew juru mġieba dipendenti. Bis-saħħa tal-ftehim se ssir ħidma fuq erba' oqsma ewlenin, li jinkludu l-konsolidazzjoni u t-tisħiħ tal-programmi ta' prevenzjoni attwali, l-implimentazzjoni ta' inizjattivi ġodda fi skejjel post-sekondarji, viżibilità tas-servizzi pprovduti, u d-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem biex taħdem ma' nies b'diffikultajiet ta' dipendenza.  

Il-ftehim għandu l-għan ukoll li jwessa' l-kampanji ta' għarfien dwar il-prevenzjoni permezz ta' website u faċilità ta' chat online. Dawn il-faċilitajiet online immexxija mill-FSWS se jkunu qed jipprovdu għajnuna aċċessibbli għal kulħadd, faċli biex tintuża u konvenjenti għal dawk l-udjenzi partikolari li għalihom huma maħsuba dawn l-inizjattivi ta' prevenzjoni.

L-Aġenzija Sedqa, f'isem l-FSWS, u d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem diġà kkollaboraw fl-aħħar snin f'ħidma f'dan ir-rigward. Dan il-ftehim għalhekk għandu l-għan li jespandi aktar l-interventi ta' Sedqa dwar abbuż ta' sustanzi u dipendenzi b'mod li jintlaħqu aktar studenti fl-iskejjel Primarji, Sekondarji u Post-sekondarji, kif ukoll adulti fil-postijiet tax-xogħol u permezz ta' interventi fil-komunità.

Il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li dan il-programm qed jimmira li joħloq aktar għarfien minn etajiet żgħar sa mill-iskola Primarja, Sekondarja u anke dik Terzjarja. Il-professjonisti fi ħdan l-FSWS se jkunu qed jieħdu ħsieb it-taħriġ sabiex jgħaddu iktar għarfien u struttura lill-edukaturi. L-FSWS għalhekk se tkun fdata biex tmexxi l-programmi  T.F.A.L, S.A.F.E u l-programm Think Outside the Box.

“Minn baġit inizzjali ta' €20,000, issa se ninvestu 'l fuq minn miljun ewro, sabiex insaħħu l-livell ta' dawn il-programm offruti. Din hija turija oħra ta' kemm il-Gvern irid ikompli jinvesti bis-serjetà sabiex joħroġ kemm jista jkun, nies 'il bogħod mill-problema ta' vizzji. Iktar minn hekk nuru li l-vizzju nnifsu huwa l-problema u mhux s-soluzzjoni. Mingħajr ma niġġudikaw irridu nuru li aħna qegħdin hemm għal kulħadd", stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici, qal li l-għan tagħna qabel xejn, huwa li nedukaw u nipprevjenu l-użu jew abbuż ta' sustanzi, iżda jinkludi wkoll li nipprovdu taħriġ lill-ħaddiema fis-servizzi residenzjali biex ikunu aktar preparati biex jgħinu lill-klijenti tagħhom b'dinjità u rispett anke meta jkunu għaddejjin minn diffikultajiet ta' dipendenza," qal il-Ministru Bonnici.

“Permezz tas-Servizzi ta' Kura u Prevenzjoni ta' Sedqa," kompla l-Ministru Bonnici, “aħna beħsiebna morru wkoll fil-postijiet tax-xogħol u entitajiet li jaħdmu ma' persuni b'vizzji, billi nagħtu għarfien lill-impjegati dwar il-vizzji u dwar kif jaġixxu ma' nies li jesperjenzaw dawn id-diffikultajiet."

Huwa qal li dan il-ftehim isegwi t-tnedija tal-iskema Young Achievers li saret din il-ġimgħa u li għandha l-għan li tinvolvi l-għaqdiet u l-komunitajiet fit-twassil ta' messaġġi favur il-prevenzjoni f'postijiet iffrekwentati miz-żgħażagħ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim b’investiment ta’ €1 miljun għall-prevenzjoni u l-kura kontra l-abbuż mill-vizzji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim b’investiment ta’ €1 miljun għall-prevenzjoni u l-kura kontra l-abbuż mill-vizzji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim b’investiment ta’ €1 miljun għall-prevenzjoni u l-kura kontra l-abbuż mill-vizzji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim b’investiment ta’ €1 miljun għall-prevenzjoni u l-kura kontra l-abbuż mill-vizzji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow