STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL 62+ Savings Bonds tal-Gvern ta’ Malta – Ħruġ 2021
Riżultati, Policy tal-allokazzjoni, u Rifużjonijiet
L-Accountant General iħabbar li sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tat-Tnejn, 4 ta' Ottubru 2021, it-Teżor ircieva 15,531 applikazzjoni għall-valur nominali ta' €133,807,800 waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €65 miljun soġġett li l-ammont jiżdied sa massimu ta' €35 miljun oħra, f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont tal-ħruġ.
Kif tħabbar fl-istqarrija għall-istampa maħruġa fil-5 ta' Ottubru 2021 u skont Artikolu 11 tal-Prospett, it-Teżor eżerċita d-dritt li jiżdied l-ammont, sabiex l-ammont totali li ser jiġi allokat jiżdied sa massimu ta' €100 miljun.
It-tabella ta' hawn taħt turi s-sottoskrizzjonijiet magħmula minn (i) applikanti ġodda (Kategorija 'A') u (ii) detenturi eżistenti ta' xi wieħed mit-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta li nħarġu fil-passat:
| 62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta - Ħruġ 2021 | Applikanti ta' Kategorija 'A' * | Applikanti ta' Kategorija 'B' ** | Total |
| Numru ta' applikazzjonijiet mitfugħa | 3,236 | 12,295 | 15,531 |
| Ammont totali nominali sottoskritt | €28,239,800 | €105,568,000 | €133,807,800 |
*Applikanti ta' Kategorija 'A': Applikanti eliġibbli ġodda li twieldu fis-sena 1959 u individwi li twieldu qabel l-ewwel ta' Jannar tal-1959 li kienu eliġibbli li japplikaw f'xi waħda mill-ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta tas-snin ta' qabel iżda ma applikawx;
**Applikanti ta' Kategorija 'B': Detenturi eżistenti tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta maħruġa f'dawn l-aħħar erba' snin, u li isimhom kien jidher fir-reġistru f'għeluq il-ġurnata ta' negozju tal-Ħamis 5 ta' Awwissu 2021.
Kif stipulat f'Artikolu 12 (a) tal-prospett, ingħatat preferenza lill-applikanti ġodda kklasifikati taħt Kategorija 'A' li ġew allokati l-ammonti kollha li applikaw għalihom. Il-porzjon li kien fadal x'jiġi allokat, ġie mqassam bejn l-applikanti ta' Kategorija 'B' magħmula minn detenturi eżistenti kif ġej:
- applikanti li applikaw sa €6,000 intlaqgħu kollha;
- applikanti li applikaw għal ammont ta' aktar minn €6,000 ġew allokati minimu ta' €6,000 kull applikant, flimkien ma' ammont addizzjonali ta' 5% fuq il-bilanċ li ma ġiex allokat, aġġustat 'il fuq għall-eqreb €100. Bħala eżempju, it-tabella ta' hawn taħt turi l-allokazzjoni tal-bonds lill-applikanti ta' Kategorija 'B' għall-ammonti differenti li applikaw għalihom, ibbażata fuq il-policy tal-allokazzjoni kif spjegata aktar 'il fuq.
| 62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta - Ħruġ 2021 | Applikanti ta' Kategorija 'A' * | Applikanti ta' Kategorija 'B' ** | Total |
| Numru ta' applikazzjonijiet mitfugħa | 3,236 | 12,295 | 15,531 |
| Ammont totali nominali sottoskritt | €28,239,800 | €105,568,000 | €133,807,800 |
Għaldaqshekk, it-Teżor alloka l-ammont ta' €28,239,800 bejn l-applikanti l-ġodda kklassifikati f'Kategorija 'A' u €71,275,900 bejn l-applikanti li diġa huma detenturi f'xi wieħed mill-bonds tat-62+ Savings Bonds tal-Gvern ta' Malta li nħarġu qabel klassifikati f'Kategorija 'B'. L-ammont totali li ġie allokat bejn dawn iż-żewġ kategoriji kien ta' €99,515,700.
Kif stipulat fil-prospett, l-imgħax fuq l-ammont allokat beda jakkumula mill-15 ta' Ottubru 2021. Aktar tagħrif u informazzjoni jistgħu jinkisbu mir-riżultat tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2021 li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Rifużjonijiet
Huwa ppjanat li r-rifużjonijiet li jammontaw għas-somma ta' €34,292,100 fi flus mhux allokati lill-applikanti ta' Kategorija 'B' li l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx aċċettata kollha, ser jitħallsu nhar l-Erbgħa 27 ta' Ottubru 2021 permezz ta' kreditu bankarju taħt l-iskema SEPA fl-IBAN indikat mill-applikant fl-applikazzjoni.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958