Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jirċievi kredenzjali diplomatiċi minn Kapijiet tal-Missjoni ġodda

pr211917
Date Icon 21/10/2021

Tliet kapijiet tal-missjoni ġodda ppreżentaw il-kredenzjali diplomatiċi tagħhom lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton nhar il-Ħamis 21 ta’ Ottubru 2021.

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Moldova Anatolie Urecheanu kien l-ewwel wieħed li ppreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu. Ġiet diskussa l-pandemija tal-Covid-19, fejn il-President Vella sejjaħ għal rispons multilaterali b’saħħtu u kkordinat li jeħtieġ li naħdmu id f’id mas-sħab internazzjonali kollha. L-Ambaxxatur Urecheanu rringrazzja lil Malta għall-għajnuna mogħtija lill-Moldova fis-sajf tal-2020 meta pprovdiet tagħmir protettiv.

Il-koperazzjoni fil-livell multilaterali ssemmiet ukoll fit-taħditiet, fejn kemm il-President Vella kif ukoll l-Ambaxxatur Urecheanu identifikaw lin-Nazzjonijiet Magħquda bħala pjattaforma eċċellenti għal tali kollaborazzjoni.

Imbagħad ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Slovakka Karla Wursterova. Il-President Vella qal li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi huma eċċellenti u żied jgħid li hemm diversi opportunitajiet li jistgħu joffru benefiċċji reċiproċi. L-Ambaxxatriċi Wursterova qablet u esprimiet l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ il-kuntatti fl-oqsma tal-kummerċ, tat-turiżmu, tax-xjenza u tal-edukazzjoni.

Ġew diskussi wkoll il-kwistjoni tal-migrazzjoni fil-Mediterran u s-sitwazzjoni tal-Viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Ewropa kif ukoll l-iżviluppi fil-Balkani tal-Punent.

It-tielet waħda li ppreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha kienet l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Awstrija Erika Bernhard. Il-President Vella osserva li Malta u l-Awstrija għandhom relazzjonijiet bilaterali eċċellenti, kif jidher fin-numru ta’ skambji li saru fl-aħħar snin, u anki abbażi tal-investimenti li negozji Awstrijaċi għamlu f’Malta u li kienu ta’ suċċess matul is-snin. L-Ambaxxatriċi Bernhard spjegat kif matul il-mandat tagħha ser tiffoka fuq it-tisħiħ tal-iskambji kummerċjali, it-turiżmu u l-koperazzjoni kulturali.

Minbarra l-kwistjonijiet ta’ interess bilaterali, il-President Vella u l-Ambaxxatriċi Bernhard iddiskutew kwistjonijiet globali urġenti bħat-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà u l-migrazzjoni. 

Matul ikla ta’ nofsinhar mal-kapijiet tal-missjoni l-ġodda, il-President George Vella ħeġġiġhom kollha biex ikomplu jesploraw il-ħafna possibbiltajiet li toffri Malta u ħeġġiġhom iżuru lil Malta kemm jista’ jkun ta’ spiss. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jirċievi kredenzjali diplomatiċi minn Kapijiet tal-Missjoni ġodda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jirċievi kredenzjali diplomatiċi minn Kapijiet tal-Missjoni ġodda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jirċievi kredenzjali diplomatiċi minn Kapijiet tal-Missjoni ġodda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jirċievi kredenzjali diplomatiċi minn Kapijiet tal-Missjoni ġodda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jirċievi kredenzjali diplomatiċi minn Kapijiet tal-Missjoni ġodda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow