STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Rapporti ta' segwitu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika - 2021 (Volum II)
L-Awditur Ġenerali Charles Deguara ppreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia t-tieni volum ta' rapporti ta' segwitu għas-sena 2021, li jinkludi r-riżultati ta' ħames rapporti ta' segwitu b'rabta ma' xogħlijiet ta' verifika li twettqu fl-aħħar snin.
Bħalma kien fil-każ tal-ewwel ġabra ta' rapporti ta' segwitu, l-iskop kien li jevalwa kemm ġiet segwita l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet prinċipali li l-uffiċċju kien għamel fir-rapporti oriġinali.
Saret analiżi ta' dawn li ġejjin biex ikun determinat fejn waslet l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn dan l-uffiċċju fuq il-verifiki ta' Teknoloġija Informatika u ta' Prestazzjoni:
Verifika ta' Rapporti ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Informazzjoni Teknoloġika
- The use of IT systems to identify the skills and profesional development within the Public Service
- Cyber Security across Government Entities
Verifika ta' Rapporti ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Verifika ta' Prestazzjoni
- A Strategic Overview on the Department of Fisheries and Aquaculture's Inspectorate Function
- A Review on the Contract for Mount Carmel Hospital's Outsourced Clerical Services
- The designation and effective management of protected areas within Maltese waters
L-NAO jinnota li, fil-każ ta' xogħlijiet ta' verifika inklużi f'dan ir-rapport, 90% tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu jew ġew implimentati bis-sħiħ jew parzjalment jew kienu fil-proċess li jiġu implementati mill-ministeri jew entitajiet konċernati. Min-naħa l-oħra, 10% tar-rakkomandazzjonijiet ma ġewx implimentati jew ftit sar progress.
Din il-pubblikazzjoni hi aċċessibbli minn fuq is-sit uffiċjali tal-NAO www.nao.gov.mt jew mill-paġna tal-Facebook tal-Uffiċċju www.facebook.com/NAOMalta.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958