Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr211906
Date Icon 20/10/2021

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, liema kumitat irrakkomanda lill-gvern li d-deċiżjoni finali jekk għandhiex tkompli din ir-riċerka għandha tkun il-prerogattiva tiegħu minħabba li l-każ legali wasal fi stadju ta' Opinjoni Raġunata (Reasoned Opinion), il-gvern, wara laqgħa li saret mal-Kummissarju Ewropew, ħejja qafas regolatorju ġdid li jindirizza l-maġġoranza assoluta tal-kritika tal-Kummissjoni kontra dan il-proġett.

Minkejja l-evidenza kollha li ressqet Malta f'dan il-każ legali, sabiex jibqgħu jiġu indirizzati aħjar dawk li jistgħu jkunu l-ħsibijiet tal-Kummissjoni, il-gvern għamel kambjamenti sabiex ikun aċċertat li l-għasafar tal-għana qegħdin jiġu ċċekkjati, jittieħed recordfejn ikunu mlibbsa ċurkett xjentifiku sabiex jiġi studjat minn nies kwalifikati minn fejn qegħdin ipassu dawn l-għasafar u b'mod immedjat jitħarrbu lura fis-selvaġġ. Dan l-eżerċizzju se jsir bil-metodi idoneji wara li ġie aċċertat li sistemi oħrajn ta' xbiek ma jipprovdux soluzzjoni sodisfaċenti għall-ġbir tal-informazzjoni li Malta għandha bżonn.

Din is-sena, kull min se jipparteċipa fil-proġett ta' riċerka fuq l-għasafar tal-għana se jkun:

  1. Obbligat jirrapporta kull għasfur tal-għana maqbud (speċi u ammont) immedjatament malli jħarrabhom lura fis-selvaġġ billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile reġistrat f'ismu, jew billi juża l-mobile app 'Game Reporting MT'. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.
  1. Obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket jekk jaqbad għasfur tal-għana b'ċurkett xjentifiku.
  1. Kull għasfur li jaqbad li għandu ċurkett xjentifiku għandu wkoll jiġi rrappurtat dakinhar stess kif spjegat fil-liċenzja speċjali.
  1. Imħeġġeġ jieħu filmat qasir fejn juri l-għasafar tal-għana qedin jitħarrbu mill-istess post minn fejn inqabdu kif spjegat fil-liċenzja speċjali.
  1. Jirrapporta r-research effortkull meta jieħu sehem fil-proġett ta' riċerka u ma jkunx qabad għasafar tal-għana billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f'ismu, kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

Is-sistema telefonika 8000 2020 tipprovdi gwida permezz ta' messaġġi bil-vuċi li huma faċli biex issegwi u ż-żewġ sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow