Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jiġi ppreżentat bil-Queen’s Baton b’antiċipazzjoni għal-logħob tal-Commonwealth tas-sena d-dieħla

pr211876
Date Icon 13/10/2021

Nhar it-Tlieta wara nofsinhar, il-President ta’ Malta George Vella ġie ppreżentat bil-Queen’s Baton b’antiċipazzjoni għat-22 edizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth li se ssir f’Birmingham is-sena d-dieħla.

Il-President Vella feraħ lill-Kumitat Olimpiku Malti talli għamel l-arranġamenti biex jirċievi l-Baton wara l-waqfa tagħha f’Ċipru u faħħar lid-diversi kunsilli lokali talli pparteċipaw fir-relay u ħadu l-baton fil-qalba tal-komunitajiet.

Huwa spjega li l-Logħob tal-Commonwealth tal-2022 huwa ffukat fuq il-kunċett ta’ sostenibbiltà kemm fit-tmexxija u fl-organizzazzjoni tal-logħob innifsu, kif ukoll bħala l-bażi ta’ regola ġenerali li għandhom josservaw il-partijiet kollha involuti.

Filwaqt li rrefera għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-President qal li ż-żmien li fadal minn issa sas-sena 2030 ma jħallilna l-ebda għażla ħlief li nistinkaw bla heda, u minkejja kull diffikultà, biex nilħqu l-miri rispettivi. Huwa rringrazzja personalment lit-tliet ambaxxaturi tal-Queen’s Baton: Neil Agius, Fabio Spiteri u Jake Vella, talli tefgħu dawl fuq ħafna kwistjonijiet koperti mill-SDGs.

Il-President irringrazzja lil kulħadd għall-isforzi tagħhom biex jitqajjem għarfien dwar il-ħarsien tal-ambjent u t-tbatija ta’ dawk l-iktar vulnerabbli. Filwaqt li awguralhom ilkoll, huwa rringrazzja wkoll lill-awtoritajiet talli jinvestu fiż-żgħażagħ u fl-isport – investiment li se jibqa’ jagħti l-frott għas-snin li ġejjin.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jiġi ppreżentat bil-Queen’s Baton b’antiċipazzjoni għal-logħob tal-Commonwealth tas-sena d-dieħla
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jiġi ppreżentat bil-Queen’s Baton b’antiċipazzjoni għal-logħob tal-Commonwealth tas-sena d-dieħla
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jiġi ppreżentat bil-Queen’s Baton b’antiċipazzjoni għal-logħob tal-Commonwealth tas-sena d-dieħla
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jiġi ppreżentat bil-Queen’s Baton b’antiċipazzjoni għal-logħob tal-Commonwealth tas-sena d-dieħla
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jiġi ppreżentat bil-Queen’s Baton b’antiċipazzjoni għal-logħob tal-Commonwealth tas-sena d-dieħla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow