Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Jiġi ffirmat ftehim bejn il-Fondazzjoni Kreattività u l-Aġenżija Żgħażagħ

pr211872
Date Icon 09/10/2021

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera flimkien mal-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppresedew għall-iffirmar ta' ftehim bejn il-Fondazzjoni Kreattività u l-Aġenżija Żgħażagħ.

L-għan ta' dan il-ftehim bejn iż-żewġ entitajiet huwa sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-arti kreattiva fost iż-żgħażagħ u tippromwovi l-parteċipazzjoni attiva tagħhom. Din il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet ser twassal sabiex jiżviluppaw inizjattivi u attivitajiet li jistgħu jikkontribwixxu lejn aktar għarfien dwar l-importanza tal-arti kreattiva fost iż-żgħażagħ. 

Fondazzjoni Kreattività għandha numru ta' ftehim ta' kollaborazzjonijiet ma' entitajiet pubbliċi, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet volontarji fejn dawn il-kollaborazzjonijiet jiffaċilitaw ix-xogħol ta' Spazju Kreattiv li jservi ta' qafas għal struttura formali li apparti t-talent jiffjorixxi, il-partijiet konċernati jħarsu lejn l-għan fit-tul komuni.

Il-Ministru Herrera saħaq li “Spazju Kreattiv qiegħed hemm sabiex iservi ta' think-tank għall-ħsieb artistiku u kulturali f'pajjiżna. Nafferma illi l-kultura u l-arti huwa dritt inerenti tal-bniedem, għalhekk dan il-ftehim iservi bħala outreach fejn ninvolvu b'mod dirett liż-żgħażagħ, sabiex minn ċkunithom jkunu jagħrfu jgawdu dan id-dritt tagħhom." Huwa kompla li dan il-ftehim jikkumplimenta wkoll il-programm ta' Spazju Kreattiv għax fil-programm vast li għadu kif ġie mniedi  riedu li jinvolvu liż-żgħażagħ. 

Il-Ministru Farrugia Portelli saħqet li l-ffirmar ta' dan il-ftehim bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività huwa b'konformità mal-ħames għan Strateġiku tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li ġiet imnedija ftit ta' xhur ilu. Il-Ministru spejgat kif dan il-ftehim jirrifletti l-appoġġ tal-gvern għal programmi varji nazzjonali, proġetti u inizjattivi minn setturi differenti għal żgħażagħ li jieħdu ħsieb u jippromwovu l-istat ta' saħħa tajba, kreattività, espressjoni artistika u kulturali, u innovazzjoni u involviment biex jiġu indirizzati suġġetti globali għal żvilupp sostenibbli.

Fil-konklużjoni tagħha, il-Ministru Farrugia Portelli qalet li “Aġenzija Żgħażagħ se tkun qed taħdem b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività biex ikunu żviluppati u implimentati inizjattivi u attivitajiet li jinformaw u jkattru l-għarfien dwar l-importanza tal-arti kreattiva fost iż-żgħażagħ u jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva tagħhom."

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq kif il-Gvern permezz ta' dan il-ftehim jikkonferma l-impenn tiegħu lejn iż-żgħażagħ u l-arti kreattiva u kkonferma li ż-żewġ materji jmorru id f'id u jistħoqqilhom kull investiment u sostenn. Dan l-iffirmar, ixxprunat mill-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li serviet bħala punt ta' gwida strateġiku, se jiżgura li tiżdied il-kuxjenza u ssaħħaħ l-importanza tal-arti kreattiva fost iż-żgħażagħ. Is-Segretarju Parlamentari spjega kif iż-żgħażagħ huma l-futur ta' pajjiżna u kull investiment u ftehim li jsir fil-preżent u li huwa maħsub li jinforza lis-settur taż-żgħażagħ se jkun qed iħalli l-frott fis-snin li ġejjin. 

Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda jgħid li, “iż-żgħażagħ u l-kreattività huma katina li jmorru id f'id. Bħala l-futur ta' pajjiżna, il-Gvern huwa kommess u determinat li jinvesti fil-ħiliet taż-żgħażagħ tagħna u jaċċerta li ż-żgħażagħ iħaddmu u jimmassimizzaw l-abbiltajiet tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima kkonkluda jgħid li “kull investiment fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin huwa investiment dirett f'Malta ta' għada."

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kreattività Rupert Cefai saħaq li l-għan tal-Fondazzjoni huwa li jaġixxu bħala katalist fl-iżvilupp ta' sezzjonijiet speċjalizzati fis-settur kulturali u kreattiv u li jkomplu joħolqu opportunitajiet u jgħinu fl-iżvilupp ta' artisti futuri fis-settur kreattiv Malti u li tkompli tgħaqqad artisti emerġenti u dawk stabbiliti. 

Fondazzjoni Kreattivitàu Aġenżija Żgħażagħ ikkollaboraw fis-snin li għaddew u ġiet stabbilita relazzjoni pożittiva bejn iż-żewġ entitiajiet fejn ħolqu ambjent pożittiv u kreattiv għaż-żgħażagħ fi ħdan il-programm. Il-kollaborazzjoni hija vitali għall-espressjoni kreattiva kontemporanja u b'mod aktar speċifiku għall-programm ta' Spazju Kreattiv li permezz ta' kollaborazzjonijiet ma' artisti, organizzazzjonijiet, entitajiet u individwi, talent lokali jilħaq livell ieħor, temm jgħid Cefai.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Jiġi ffirmat ftehim bejn il-Fondazzjoni Kreattività u l-Aġenżija Żgħażagħ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow