Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Skart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ: it-triq ’il quddiem

pr211871
Date Icon 09/10/2021

Wara proċess ta' konsultazzjoni pubblika, l-Istrateġija tal-Iskart tal-Kostruzzjoni u t-Twaqqigħ għal Malta (2021-2030) qed tiġi adottata mill-Gvern. 

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia flimkien mad-Deputat Direttur tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) Kevin Mercieca. 

L-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ (C&D) huwa l-akbar skart fl-UE li jirrappreżenta madwar terz tal-iskart kollu ġġenerat. Minħabba dan, l-UE rrikonoxxiet il-ħtieġa għal titjib fil-kwalità tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta' dan l-influss ta' skart u żiedet id-domanda għall-materja prima u sekondarja. 

Il-Ministru qal li din l-istrateġija tfasslet mill-ERA b'kollaborazzjoni mal-Ministeru biex tindirizza dan l-influss ta' skart, biex pajjiżna jkompli miexi lejn ekonomija aktar ċirkolari. 

“L-istrateġija għandha l-għan li tindirizza b'mod ħolistiku l-kwistjonijiet attwali fi ħdan is-settur kif ukoll tenfasizza l-miżuri fl-immedjat kif ukoll dawk fit-tul li jistgħu jiġu adottati biex nitbiegħdu mill-prattika tal-irdim u nimxu lejn l-użu tar-riċiklaġġ. Din l-istrateġija mutur li se jmexxina lejn bidla fil-kultura u fl-imġiba fix-xogħol ta' tħaffir, twaqqigħ u kostruzzjoni. B'kuntrast għal gvernijiet preċedenti, li mhux biss abbużaw iżda fallew milli jirregolaw settur importanti, dan il-gvern qed jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi u jagħti r-riżultati li l-poplu jistenna," qal il-Ministru Farrugia. 

L-istrateġija tidentifika erba' oqsma li huma kruċjali għall-immaniġġjar tal-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ:

  1. Ippjanar u disinn: Mira lejn l-industrija tal-kostruzzjoni b'miżuri speċifiċi li għandhom l-għan li jindirizzaw il-problema fis-sors permezz ta' twaqqigħ u bini sostenibbli;
  2. Immaniġġjar tal-iskart: Jelenka miżuri speċifiċi biex itejbu il-loġistika tal-iskart kemm fis-sit tal-iżvilupp kif ukoll barra mis-sit;
  3. Immaniġġjar tal-Kwalità: Tiffoka fuq miżuri biex tiżdied il-fidjuċja fil-prattiċi tal-immaniġġjar tal-iskart tal-C&D kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-materjali riċiklati tal-C&D;
  4. Qafas politiku u regolatorju: Jittratta t-titjib fil-politika u l-kundizzjonijiet biex tinkiser ir-rabta bejn l-iżvilupp u l-ġenerazzjoni tal-iskart. 

L-istrateġija se tikkonsisti f'numru ta' miżuri ewlenin li se jitwettqu matul is-snin.

Il-miżuri jinkludu:

  1. Twaqqif ta' standards għall-industrija tal-kostruzzjoni
  2. Introduzzjoni ta' qafas regolatorju ġdid li jindirizza l-immaniġġjar ta' skart C&D
  3. Titjib fil-klassifikazzjoni u separazzjoni tal-iskart mis-sors
  4. Esplorazzjoni fir-rigward tat-twaqqif ta' depożiti ta' rkupru u ħażna ta' riżorsi biex tippromwovi infrastruttura ta' riċiklaġġ
  5. Esplorazzjoni u identifikazzjoni ta' mekkaniżmi biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-prinċipju li min iniġġes iħallas (PPP)
  6. Miri ta' użu mill-ġdid u riċiklaġġ
  7. Infurzar ta' rkupru permezz tar-restawr ta' spazji vojta

“Bħala Gvern qed nappellaw lill-awtoritajiet kompetenti, u lill-partijiet interessati u rilevanti fl-industrija biex jimpenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija. Il-parteċipazzjoni tagħkom hija essenzjali għall-implimentazzjoni tagħha kif ukoll għall-viżjoni tagħna lejn tranżizzjoni ekoloġika u ekonomija ċirkolari," qal il-Ministru Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Skart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ: it-triq ’il quddiem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow