Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI Preżentat il-programm tal-allokazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali

pr211869
Date Icon 09/10/2021

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ippreżenta l-istrateġija għall-allokazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali.

F'konferenza, il-Ministru Roderick Galdes ħabbar li fl-aħħar ġranet l-Awtorità tad-Djar bdiet proċess ta' allokazzjoni ta' djar fis-siti l-ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali, parti mill-akbar proġett ta' bini ta' akkomodazzjoni soċjali fl-aħħar 40 sena. “Fil-housing m'aħniex nagħtu ċavetta għal dar ġdida imma ċavetta għal ħajja ġdida u aktar b'saħħitha", sostna l-Ministru Galdes filwaqt li ppreżenta programm sħiħ ta' allokazzjonijiet li għandhom jieħdu sal-2023.

“Kien hemm bżonn metodu ta' politika mibnija fuq l-imħabba lejn in-nies u lejn min jeħtieġ l-aktar", qal il-Ministru Galdes. Qal ukoll li kien hemm bżonn li jissaħħaħ l-istokk b'sistema u bi pjan integrat u ħolistiku li jaħseb fil-bżonnijiet speċifiċi. Din kienet l-innovazzjoni li saret minn stil ta' management by crisis fl-akkomodazzjoni soċjali, b'soluzzjonijiet ġeneriċi, għal management by design li jindirizza l-għerq tal-isfidi soċjali", qal il-Ministru Galdes.

Għall-ewwel darba qed jintwera kif se jiġu allokati d-djar tal-akkomodazzjoni soċjali. L-istudju tal-profiling, il-proġett massiv ta' bini ta' 1,700 dar ġdida, is-700 allokazzjoni li saru fl-aħħar tliet snin mill-istokk eżistenti li kienu kkumplimentati bis-saħħa tar-restawr u r-riġenerazzjoni tad-djar battala, il-programmi tal-housing speċjalizzat, il-benefiċċju tal-kera u t-tiswijiet fid-djar kienu ftit mill-bosta inizjattivi u miżuri preventivi li naqqsu r-rata li biha tiżdied il-waiting list bin-nofs.

Il-programm tal-allokazzjoni fid-dettall:

F'dawn il-jiem beda l-proċess ta' allokazzjonijiet tas-siti l-ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali mill-Awtorità tad-Djar. L-applikanti se jkunu avżati minn kmieni meta u fejn se jkunu ħa jidħlu fid-dar il-ġdida tagħhom. Mill-ogħla punt tagħha fl-2017 ta' 3,288, il-waiting list se tonqos b'sittin fil-mija (60%) sal-aħħar ta' din is-sena  (2021) għal 1,321. 279 familja ħa jidħlu fid-dar ġdida tagħhom kmieni s-sena dieħla (2022) fis-siti l-ġodda f'Birkirkara, Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, fiż-Żurrieq, Ħal Kirkop u fil-Qrendi. Flimkien ma' dawn ħa jkun hemm ukoll 100 allokazzjoni mill-iskema ta' kiri mingħand sidien privati.

Dawn huma l-figuri li juru l-ammont ta' familji u l-akkomodazzjoni għal wara t-tmiem tal-2021:

Sena FamiljiAkkomodazzjoni
Nofs l-2022330

-170 dar fis-siti l-ġodda (primarjament l-Imsida u
  Bormla)

-Djar mikrija mingħand sidien privati

Tmiem l-2022315

-Djar ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali f'siti differenti

-Djar mingħand sidien privati

2023

-Siti ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali

-Siti ffinanzjati mill-NDSF

-Madwar 90 dar mikrija mingħand sidien privati

Sal-aħħar tas-sena 2022 il-lista ta' stennija għandha tkun inqas minn 800 persuna.

Dawn l-allokazzjonijiet qed isiru skont il-politika ta' allokazzjoni li tħabbret mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorità tad-Djar lura f'Awwissu li għadda – politika li se tassigura li l-istat jgħin lil min jeħtieġ bl-akbar għajnuna possibbli sakemm jeħtieġ.

“Kif il-housing soċjali tas-snin 70 u 80 kien l-istaffa li fuqha telgħet il-ġenerazzjoni li bniet Malta ta' llum, dan il-housing soċjali se jkun l-istaffa li fuqu tikber il-ġenerazzjoni Maltija li jmiss", qal il-Ministru Roderick Galdes.

Il-ministru sostna li l-isfida li kien fdat biha fl-2017 f'dan is-settur kienet iebsa, imma flimkien mal-Awtorità tad-Djar ġiet imwieġba għaliha bix-xogħol u bl-impenn soċjali.

“Nemmen li hekk għandu jitmexxa l-qasam soċjali, bit-trasparenza u bl-aktar mod sensittiv għall-bżonnijiet li jeżistu madwarna", temm jgħid il-Ministru Galdes.

Preżenti għall-attività kien hemm ukoll Leonid McKay, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar li stqarr li l-awtorità “ġriet wara kull ċavetta". Hu kompla jgħid li b'hekk biss setgħet tibda tiġi indirizzata l-waiting list ta' dawk li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva. B'sodisfazzjon qal li grazzi għall-inizjattivi differenti stajna nnaqqsu n-numru ta' dawk li qed iħabbtu l-bieb tal-Awtorità tad-Djar sew aktar minn nofs ta' dak li kienet erba' snin ilu.

Is-Sur McKay enfasizza l-proċess amministrattiv tal-allokazzjonijiet. “Għaddejna lill-applikanti minn għarbiel amministrattiv dejjaq mhux ħażin sabiex jiġi assigurat li min qed jiġi allokat unit ġdid ikun verament fil-bżonn", huwa stqarr. Is-Sur McKay għalaq billi ta rendikont tal-politika ġdida ta' allokazzjoni fejn enfasizza li minn Jannar li ġej kull kuntratt ġdid ser jibqa' kuntratt ta' kera u ma jinbigħx. Hu żied ukoll li lanqas mhu ħa jibqgħu jingħataw postijiet b'kirja daqs li kieku hemm xi ċens perpetwu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI Preżentat il-programm tal-allokazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI Preżentat il-programm tal-allokazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow