Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Skemi ta’ għotjiet ta’ fondi Ewropej lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju mġedda sal-aħħar ta’ Marzu 2022

pr211867
Date Icon 08/10/2021

Waqt żjara fil-Malta School of Flying Company Ltd., intrapriża lokali pijuniera fl-industrija tal-avjazzjoni lokali, is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar it-tiġdid sa Marzu 2022 tal-Business Enhance ERDF Grant Schemes, li qed jagħtu l-opportunità lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju biex ikabbru l-operat tagħhom hekk kif jinċentivaw aktar investiment.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Malta School of Flying Company Ltd. hija waħda minn 421 kumpanija li bbenefikat minn waħda mill-iskemi li hija 80% ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea, sabiex tinvesti f'tagħmir tal-ajru ġdid li se jiffaċilita l-għoti ta' servizzi ġodda u timmira lejn niċeċ differenti ta' negozju f'dan il-qasam. Il-proposta tal-proġett saret taħt l-SME Diversification and Innovation Grant Scheme. Dr Zrinzo Azzopardi stqarr li kważi 500 proġett ġew mgħejjuna permezz ta' għotjiet taħt dawn l-iskemi, u aktar minn nofshom tlestew. Barra minn hekk, għad fadal madwar €6 miljun disponibbli minn total ta' €32 miljun x'jingħataw għal proġetti ġodda taħt id-diversi skemi.

Is-Sur Patrick Fenech, il-proprjetarju ta' din il-kumpanija, saħaq fuq l-importanza ta' dawn l-iskemi għax joffru l-appoġġ meħtieġ lill-intraprizi żgħar, speċjalment fl-isfond tal-impatt li ħalliet il-pandemija fuq l-industrija tal-avjazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li s-simplifikazzjoni hija waħda mill-aspetti kruċjali biex jiġi żgurat li l-potenzjal tal-fondi Ewropej jiġi massimizzat. Miżura oħra ta' simplifikazzjoni taħt l-inizjattiva tal-Business Enhance ERDF Grant Schemes, li se tiġi mħabbra fil-ġimgħat li ġejjin għal proġetti żgħar li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx il-€100,000, għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċċjarji, sabiex tassigura li jinkisbu r-riżultati meħtieġa.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Skemi ta’ għotjiet ta’ fondi Ewropej lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju mġedda sal-aħħar ta’ Marzu 2022
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Skemi ta’ għotjiet ta’ fondi Ewropej lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju mġedda sal-aħħar ta’ Marzu 2022
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow