Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr211866
Date Icon 08/10/2021

Għall-ewwel darba, ftehim bejn il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-Università ta’ Malta u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija għat-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-industrija

Permezz ta’ ftehim li ġie fis-seħħ illum, it-8 ta’ Ottubru 2021, il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-Università ta’ Malta u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija kkommettew ruħhom li b’diversi skemi jsaħħu u jinċentivaw ir-riċerka fl-Università fil-livell ta’ Post-Dottorat f’kollaborazzjoni ma’ operaturi ekonomiċi differenti. F’pass li jitqies bħala wieħed bla preċedent, dawn l-iskemi għandhom l-għan li jivvalorizzaw l-istess riċerka bażika f’setturi bħax-xjenza u l-inġinerija innovattiva filwaqt li jippromwovu riċerka ta’ kwalità fis-setturi ekonomiċi ewlenin tal-pajjiż.

Dan il-ftehim se jwassal għat-tisħiħ tas-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni u seta’ jiġi fis-seħħ wara numru ta’ laqgħat li saru mal-entitatjiet ikkonċernati, fejn ġew diskussi l-isfidi u n-nuqqasijiet eżistenti u ntlaqgħu suġġerimenti sabiex jiġu indirizzati bl-aħjar mod possibbli.

Din il-kollaborazzjoni se twassal għall-ħolqien ta’ tliet skemi ta’ riċerka ewlenin:

• Skema b’kollaborazzjoni mal-operaturi ekonomiċi;

• Skema li tagħti l-opportunità lill-individwi li jagħżlu l-qasam tar-riċerka huma stess f’kollaborazzjoni mal-Università u/jew entità privata;

• Skemi oħrajn individwali mill-partijiet interessati f’oqsma ekonomiċi ewlenin anke f’kollaborazzjoni ma’ universitajiet barranin.

Dan il-ftehim ikompli jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-akkademja u s-settur privat għat-tixrid tal-għarfien ,filwaqt li joħloq opportunitajiet akbar ta’ riċerka għall-istudenti li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom f’pajjiżna stess u li, permezz tal-istess riċerka mwettqa, jinħolqu iktar opportunitajiet ta’ xogħol.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici li ppresjeda l-iffirmar ta’ dan il-ftehim sostna li, “Permezz ta’ dan il-ftehim, qed nagħmlu pass importanti fid-direzzjoni t-tajba biex il-kollaborazzjoni bejn l-akkademja u l-entijtajiet privati tissaħħaħ u għaldaqstant qed inwittu t-triq għal ekosistema robusta ta’ riċerka u innovazzjoni f’pajjiżna li hi t-triq ’il quddiem għall-ġid tal-poplu kollu.”

Il-Pro-Rettur għar-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien tal-Università ta’ Malta Prof Ing. Simon Fabri qal li, “Dan il-ftehim bejn l-Università, il-Ministeru u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija jservi ta’ bażi soda għat-tisħiħ tar-riċerka fl-Università fil-livell ta’ Post-Dottorat b’kollaborazzjoni mal-operaturi ekonomiċi. Inħarsu ’l quddiem biex nagħtu bidu għal aktar skemi għar-riċerka ta’ dan it-tip li jkomplu jivvalorizzaw is-soċjetà u l-ekonomija.” 

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija Marisa Xuereb saħqet li, “Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ilha taħdem favur kollaborazzjoni bejn l-industrija u l-akkademja għal numru ta’ snin. Għaldaqstant, ninsabu kuntenti li qed naraw skema ta’ appoġġ bħal din tiġi introdotta f’livell ta’ Post-Dottorat, u nittamaw li din l-inizjattiva tkompli tikber u tissaħħaħ fis-snin li ġejjin. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma ċ-ċavetta  għall-futur tan-negozji tagħna. In-numru ta’ riċerkaturi lokali żdied mhux ħażin f’dawn l-aħħar snin, u hemm ħafna potenzjal li għad irridu niżviluppaw. Wasal iż-żmien li ninvolvu lil dawn l-imħuħ promettenti f’riċerka li tista’ tassew tgħin lin-negozji tagħna jkunu aktar kompetittivi u nagħtu lil dawn ir-riċerkaturi l-opportunitajiet li jagħmlu differenza tanġibbli.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow