Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Jinfetaħ ċentru reġjonali ġdid fis-Siġġiewi u tibdil fil-ħinijiet tal-ftuħ f'xi ċentri ta' servizz.gov

pr211863
Date Icon 08/10/2021

servizz.gov ikompli jkabbar is-servizz li jingħata wiċċ imb'wiċċ fil-qalba tal-komunità billi jiftaħ ċentru reġjonali ġdid fis-Siġġiewi, fiċ-Ċentru Ċiviku ġewwa Pjazza San Nikola. B'hekk issa servizz.gov jopera minn tnejn u għoxrin ċentru reġjonali u minn żewġ ċentri oħra tekniċi.

Dan iċ-ċentru beda jiftaħ għall-pubbliku mit-8 ta' Ottubru kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa, mit-tmienja ta' filgħodu sas-siegħa ta' waranofsinhar, b'ħinijiet estiżi nhar ta' Tlieta mill-erbgħa u nofs ta' waranofsinhar sas-sebgħa ta' filgħaxija.

Barra minn hekk, servizz.gov biddel xi ħinijiet tal-ftuħ għal diversi ċentri reġjonali sabiex ikun iktar disponibbli skont id-domanda taċ-ċittadin. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma hekk:

Il-Ħamrun, iż-Żejtun, Raħal Ġdid, il-Mosta, Ħaż-Żabbar, iż-Żurrieq, il-Qawra u Ħal Qormi jiftħu:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – 08:00-14:00

L-Erbgħa – 16:30-19:00

Is-Sibt – 08:00-13:00

Ħaż-Żebbuġ, il-Belt Valletta, l-Imsida, ir-Rabat, Birkirkara u l-Birgu jiftħu:

It-Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt – 08:00-13:00

It-Tnejn – 16:30-19:00

Tas-Sliema, il-Fgura, Ħal Luqa, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Lija u s-Siġġiewi jiftħu:

It-Tlieta u l-Ġimgħa – 08:00-13:00

It-Tlieta – 16:30-19:00

Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma' servizz.gov jista' jagħmel dan billi jżur wieħed miċ-ċentri msemmija hawn fuq jew billi jċempel Freephone 153 jew permezz ta' ittra elettronika lil servizz@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow