Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela fi żjara lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku

pr211862
Date Icon 08/10/2021

Il-Ġimgħa filgħodu, il-Prim Ministru Dr Robert Abela ltaqa’ mal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, fil-Belt tal-Vatikan.

Iż-żjara bdiet b’udjenza privata bejn il-Papa Franġisku u l-Prim Ministru Abela. Matulha ġew diskussa temi diversi fosthom l-immigrazzjoni. Il-Papa Franġisku kellu kliem ta’ tifħir għal pajjiżna għal mod kif indirizza l-sfidi relatati ma dan il-fenomenu. Madanakollu, irrikonoxxa wkoll li pajjiżna ma jistax jaġixxi waħdu u għalhekk għaraf li Malta teħtieġ l-għajnuna biex l-immigrazzjoni tiġi indirizzata.

Tema oħra diskussa mal-Kap tal-Knisja Kattolika kienet l-ambjent u t-tibdil fil-klima hekk kif fl-Enċiklika tiegħu ‘Laudato Si’, il-Qdusija Tiegħu l-Papa jirreferi għall-isforz unit meħtieġ minn kull pajjiż relatati ma din l-sfida globali. Il-Papa u l-Prim Ministru tkellmu dwar l-inizjattivi li qed tieħu Malta b’din it-tema se tiġi diskussa waqt COP26 fi Glasgow.

Dwar iż-żjara tal-Papa f’Malta, il-Prim Ministru Robert Abela qal li din se tkun qed issir fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Wara l-udjenza privata, il-Papa laqa’ lill-familja tal-Prim Ministru; is-Sinjura Abela u binthom Giorgia Mae kif ukoll lill-kumplament tad-delegazzjoni Maltija, bil-Papa Franġisku u l-Prim Ministru Abela jiskambjaw rigali lil xulxin.

Matul iż-żjara fil-Vatikan, il-Prim Ministru kellu wkoll diskussjonijiet mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Pietro Parolin, liema laqgħa kien akkumpanjat ukoll mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela fi żjara lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela fi żjara lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela fi żjara lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela fi żjara lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow