Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U L-INDAFA PUBBLIKA Tmintax-il Kunsill Lokali jiffirmaw ftehim mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni

pr211860
Date Icon 08/10/2021

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista attenda għall-iffirmar ta’ ftehim bejn id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni u tmintax-il kunsill lokali differenti, flimkien mas-sindki rispettivi. Il-kunsilli lokali li ssieħbu f’dan il-ftehim huma l-Belt Valletta, Santa Venera, il-Marsa, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, in-Naxxar, il-Qrendi, Ħ’Attard, Birżebbuġa, iż-Żejtun, ir-Rabat, Ħal Qormi, l-Imsida, tas-Sliema, Ħad Dingli, San Ġiljan u Marsaskala. Din il-kollaborazzjoni bejn id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni u l-kunsilli lokali, kollaborazzjoni li sal-lum wasslet għall-iffirmar ta’ 49 ftehim, għandha durata ta’ sentejn u se tkun qed taċċerta li pajjiżna jkollu ndafa u żamma ta’ manutenzjoni kif xieraq. 

Matul id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Debattista spjega kif din id-diviżjoni hija waħda mill-entitajiet li żammet l-iktar qrib tal-komunità matul is-snin. Xhieda ta’ dan kien iż-żmien ta’ sfida matul l-imxija tal-pandemija tal-COVID-19. Huwa sostna kif, “Id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni qiegħda tkompli tinvesti f’apparat adegwat u ta’ livell għoli sabiex tkun tista’ tlaħħaq aħjar mad-domanda ta’ kuljum tax-xogħol”. Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li din il-kollaborazzjoni se sservi ta’ għajnuna għall-kunsilli lokali biex flimkien mad-diviżjoni jkomplu jsaħħu l-indafa u l-manutenzjoni ta’ dawn il-lokalitajiet differenti. 

“Bħala diviżjoni, inżommu kuntatt regolari mall-kunsilli lokali, fejn anke nieħdu ħsieb li jsiru laqgħat fuq bażi regolari,” spjega l-Kap tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara. Huwa kompla jgħid li matul il-pandemija l-ħidma żdiedet fil-komunitajiet tagħna u, bis-saħħa ta’ dan l-MOU, se nkomplu nagħmlu dan l-istess xogħol matul is-sena kollha.” Is-Sur Deguara għalaq billi rringrazzja lit-tim kollu tiegħu tax-xogħol kbir li qed jagħmel tant differenza.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U L-INDAFA PUBBLIKA Tmintax-il Kunsill Lokali jiffirmaw ftehim mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U L-INDAFA PUBBLIKA Tmintax-il Kunsill Lokali jiffirmaw ftehim mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow