Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA 18-il soċjetà mużikali se jgawdu minn skema li tagħmilhom aktar inklużivi

pr211855
Date Icon 07/10/2021

18-il soċjetà mużikali, 17 f'Malta u waħda f'Għawdex, se jkunu mgħejuna finanzjarjament sabiex iwettqu proġetti li fost oħrajn se jtejbu l-aċċessibilità kif ukoll iżidu l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità. Dan se jsir b'riżultat ta' skema li kienet tnediet f'Ġunju li għadda mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja b'investiment ta' €100,000 li tfisser li kull soċjetà benefiċjarja tista' tibbenefika sa massimu ta' €10,000.

Is-soċjetajiet mużikali li se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn din l-iskema huma Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi; is-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae ta' Ħaż-Żabbar; l-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata AD 1862 ta' Ħal Tarxien; l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun; is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-Gudja; l-Għaqda Mużikali San Leonardo u l-Għaqda Mużikali San Ġużepp, it-tnejn ta' Ħal Kirkop; is-Soċjetà Mużikali Sant'Antnin ta' Birkirkara; is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba; l-Għaqda Każin Banda San Filep ta' Ħaż-Żebbuġ; is-Soċjetà Filarmonika San Bartilmew ta' Ħal Għargħur; is-Soċjetà Filarmonika Banda San Pietru u l-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, it-tnejn ta' Birżebbuġa; l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq; l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria u s-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M., it-tnejn taż-Żurrieq; u s-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Birgu. Is-Soċjetà Għawdxija li se tibbenefika minn din l-iskema hija s-Soċjetà Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ.

Il-proġetti proposti minn dawn is-soċjetajiet ivarjaw minn faċilitajiet għal aċċessibilità fiżika għal persuni b'diżabilità, bħalma huma l-liftijiet, inkluż liftijiet tat-turġien, għall-installazzjonijiet ta' dawl speċjalizzat biex il-faċilità tkun tista' tintuża minn persuni bl-awtiżmu/ADHD, għamara f'kamra multisensorjali, kif ukoll faċilità għat-traduzzjoni ta' lirika mużikali permezz tal-braille għal persuni neqsin mid-dawl. Proposta oħra hija għall-organizzazzjoni ta' kunċert bis-sehem ta' persuni b'diżabilità.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet li, “Permezz ta' din l-iskema se nkomplu  nħaddmu fil-prattika d-determinazzjoni tagħna favur l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità. Din l-iskema hija parti minn numru ta' inizjattivi li bħala ministeru qegħdin nieħdu sabiex inkomplu insaħħu l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità. Apparti hekk b'din l-iskema qegħdin ukoll nuru apprezzament lis-sens ta' volontarjat li hemm fit-tmexxija ta' dawn is-soċjetajiet mużikali għax ċertament li ma kienx għal dan il-volontarjat ma jkunx faċli għalihom li jimxu. Tali apprezzament huwa xieraq meta tikkunsidra l-kontribut kbir li jagħtu għall-iżvilupp kulturali ta' pajjiżna partikolarment bit-tagħlim tal-mużika b'xejn lil tfal u żgħażagħ u l-organizzar tal-festi tradizzjonali fl-ibliet u rħula tagħna."

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Matthew Vella sostna li permezz ta' din l-iskema qed inkomplu naraw l-implimentazzjoni fil-prattika u b'mod ħaj tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità. Dan speċjalment meta wieħed jikkunsidra kemm is-soċjetajiet mużikali huma fil-qofol tal-ħajja soċjali fil-komunitajiet Maltin u Għawdxin. Għaldaqstant, permezz ta' dawn il-fondi, is-soċjetajiet mużikali se jkomplu jtejbu l-faċilitajiet rispettivi tagħhom sabiex b'mod konkret avvenimenti kulturali u postijiet tad-divertiment ikunu iktar aċċessibbli u inklużivi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA 18-il soċjetà mużikali se jgawdu minn skema li tagħmilhom aktar inklużivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA 18-il soċjetà mużikali se jgawdu minn skema li tagħmilhom aktar inklużivi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow