Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

PR150423
Date Icon 01/03/2015

Minn nhar it-Tnejn se jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-benefiċċju għall-ġenituri li jaħdmu u għandhom dħul baxx (In Work Benefit)

Bħalma tħabbar fid-diskors tal-Budget, il-Gvern se jkompli jsaħħaħ il-kunċett li bix-xogħol jaqbillek permezz tal-introduzzjoni tal-in work benefit.

Dan il-benefiċċju se jkun qiegħed jingħata lil dawk il-familji biż-żewġ ġenituri jaħdmu u li għandhom jgħixu magħhom ulied li għadhom taħt it-23 sena.

Dawk il-familji li għandhom dħul konġunt fis-sena ta’ bejn €10,000 u €20,400 u fejn id-dħul ta’ xi ħadd mill-koppja ma jkunx anqas minn €3,000 fis-sena se jibbenifikaw mill-in work benefit.

Ir-rata massima li tista’ titħallas hija ta’ €1,000 fis-sena għal kull wild għal min għandu dħul konġunt ta’ bejn €11,900 sa €17,099. Min għandu dħul konġunt ta’ bejn €10,000 sa €11,899 jista’ jibbenifika minn rati li jibdew minn €200 sa €950 għal kull wild, u min id-dħul konġunt tiegħu hu bejn €17,100 sa €20,400 jista’ jibbenifika minn rati li jibdew minn €970 u jinżlu sa €190 għal kull wild kull sena.

Dan il-benefiċċju se jingħata wkoll lill-ġenituri li jaħdmu imma li qegħdin irabbu lil uliedhom waħidhom, li jgħixu magħhom u li għadhom ukoll taħt it-23 sena.

Dawn il-ġenituri waħidhom li għandhom dħul fis-sena ta’ bejn €6,600 u €15,000 se jibbenifikaw ukoll mill-in work benefit.

Ir-rata massima li tista’ titħallas hija ta’ €1,200 fis-sena għal kull wild għal min għandu dħul ta’ bejn €8,200 sa €9,099. Min għandu dħul ta’ bejn €6,600 sa €8,199 jista’ jibbenifika minn rati li jibdew minn €800 sa €1,175 għal kull wild, u min id-dħul tiegħu hu ta’ bejn €9,100 sa €15,000 jista’ jibbenifika minn rati li jibdew minn €1,180 u jinżlu sa €120 għal kull wild kull sena.

Id-dħul kollu msemmi huwa nett, jiġifieri bil-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mnaqqsa.

Kull min jaqa’ f’xi waħda minn dawn il-kategoriji msemmija, għandu jmur f’wieħed mill-uffiċċji distrettwali f’Malta jew f’Għawdex u japplika fuq il-formola apposta.

Dokumenti meħtieġa huma li jekk l-applikanti huma impjegati jridu jieħdu l-aħħar payslip tal-paga jew salarju u jekk jaħdmu għal rashom, jagħmlu dikjarazzjoni ta’ kemm jaħsbu li jkun il-qligħ nett.

Skont l-informazzjoni mogħtija, tinħadem rata proviżorja u din tinqasam u titħallas fuq perjodu ta’ erba’ xhur. Fil-bidu tas-sena d-dieħla, il-benefiċċjarji jkunu jridu jipprovdu l-FS3 jew il-profit and loss account fejn jiġi ddikjarat id-dħul kollu li kien hemm matul din is-sena. Hawnhekk terġa’ tinħadem ir-rata tal-in work benefit u fejn jirriżulta li jkun hemm bżonn ta’ aġġustamenti, isiru fil-pagament ta’ wara.

Fil-bidu tas-sena d-dieħla wkoll, il-benefiċċjari impjegati jipprovdu payslip jew dikjarazzjoni jekk jaħdmu għal rashom u terġa’ tinħadem ir-rata tal-in work benefit għas-sena d-dieħla.

Dettall ieħor meħtieġ huwa n-numru tal-kont bankarju fejn ikun jista’ jitħallas il-pagament tal-in work benefit.

L-in work benefit se jkun benefiċċju ieħor flimkien maċ-childcare b’xejn, breakfast clubs u clubs 3-16 li se jgħinu lill-ġenituri joħorġu fid-dinja tax-xogħol.

Din hija miżura oħra li permezz tagħha aktar familji se jkunu qed igawdu. Dan il-Gvern huwa kommess li jkompli jagħti aktar inċentivi bħal dawn sabiex iħajjar lil aktar persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol, għaliex ix-xogħol huwa l-għodda prinċipali li tiġġieled il-faqar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow