Left arrow Go Back

ID-DEJN TAL-GVERN NAQAS B’€178 MILJUN FI TLIET XHUR BISS

pr150421
Date Icon 28/02/2015

Fit-tliet xhur li għaddew, minn tmiem Ottubru sa tmiem Jannar, id-dejn tal-Gvern Ċentrali naqas b’€178 miljun.

Din l-istatistika tirrifletti l-fatt li f’Novembru l-Gvern kellu surplus fil-kontijiet tiegħu ta’ €94 miljun, filwaqt li f’Jannar kien hemm bilanċ favur il-Gvern ta’ €12-il miljun. Filwaqt li l-figuri għal Diċembru għadhom mhux ippubblikati, l-indikazzjonijiet huma li anke dawn se juru bilanċ favur il-Gvern.

It-tnaqqis fil-livell tad-dejn qed iseħħ minkejja li, skont l-Oppożizzjoni, bħalissa l-Gvern qed jonfoq b’mod esaġerat u li d-dejn qed jisplodi. Ir-realtà hija li, minn Marzu 2013 ’l hawn, id-dejn tal-Gvern Ċentrali kien ikkontrollat meta mqabbel maż-żieda qawwija waqt il-kampanja elettorali fi tmiem l-aħħar amministrazzjoni.

Bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013, id-dejn tal-Gvern Ċentrali kien żdied minn €4.6 biljun għal €4.9 biljun, żieda ta’ €295 miljun. Dan ifisser li, fi żmien meta Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-partit fil-Gvern, id-dejn kien żdied bi kważi €100 miljun fix-xahar. Dan kontra ż-żieda ta’ €11-il miljun fix-xahar taħt din l-amministrazzjoni.

Kieku pajjiżna kompla għaddej jissellef kif kien qed jissellef meta l-Kap tal-Oppożizzjoni kien parti mill-Gvern, Malta kienet tispiċċa tiffaċċja problemi serji. Minflok, Gvern ġdid l-ewwel irnexxielu jnaqqas iż-żieda fid-dejn u issa fl-aħħar xhur saħansitra qed jibda jnaqqas id-dejn tal-pajjiż għall-ewwel darba f’diversi snin.

Dan it-tnaqqis fid-dejn mhux qed isir b’miżuri ta’ awsterità imma jirrifletti politika favur tkabbir ekonomiku li jżid id-dħul tal-Gvern filwaqt li jnaqqas id-dipendenzi fuq l-ispiża pubblika. Fix-xhur li ġejjin, il-Gvern ser ikompli jħaddan din il-politika pożittiva li permezz tagħha qed inaqqas id-defiċit u jkompli jkabbar il-ġid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow