Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr150412mt
Date Icon 27/02/2015

Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – April 2015 - Verifika ta’ kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-kandidati li se jikkontestaw l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali illi huma jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta, nhar it-Tnejn, 2 ta’ Marzu, 2015, bejn id-9.00 am u n-12.30 pm u mis-2.00 pm sal-5.00 pm, kif ukoll nhar it-Tlieta, 3 ta’ Marzu, 2015, bejn id-9.00 am u nofsinhar, ħalli jivverifikaw kif ser jidher isimhom fuq il-polza tal-votazzjoni.  Il-kandidati Għawdxin jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess jiem u ħinijiet. 

Kull talba għal xi oġġezzjoni, żieda, tnaqqis jew korrezzjoni fuq il-polza tal-votazzjoni għandha tasal bil-miktub, għand il-Kummissjoni Elettorali sal-Erbgħa, 4 ta’ Marzu, 2015, sa nofsinhar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow