Left arrow Go Back

​STQARRIJA KONĠUNTA TAL-MINISTERI GĦALL-FINANZI U GĦALL-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT

pr150407
Date Icon 26/02/2015

Il-Gvern ikompli jassisti l-investiment Malti fil-Libja

Il-Gvern Malti jrid jiċċara, li għall-kuntrarju tal-impressjoni li qed tagħti l-Oppożizzjoni, ittieħdu  diversi miżuri intiżi li jgħinu lill-Investiment Malti fil-Libja, u li jmorru ferm lil hinn mill-miżuri meħuda mill-amministrazzjoni preċedenti fl-2011 meta faqqgħet ir-rivoluzzjoni fil-Libja.

Il-Malta Enterprise qed isservi ta’ punt ta’ referenza għal kumpaniji milqgħuta, fejn tim li twaqqaf apposta fi ħdan l-istess korporazzjoni qiegħed iżomm kuntatt dirett mal-kumpaniji b’interessi Maltin li joperaw fil-Libja.

Id-Dipartiment tal-VAT, tal-Income Tax, u tat-Teżor, qed jassistu fuq bażi individwali, lil dawk l-intrapriżi li jkunu identifikati lilu mill-Malta Enterprise li jikkwalifikaw skont kriterju, maqbula bħala parti minn pakkett għall-intrapriżi, li qed isofru minn  diffikultajiet finanzjarji  li nħolqitilhom minħabba l-krizi tal-Libja.

Il-pakkett ta’ assistenza li qed joffri l-Gvern ivarja skont iċ-ċirkostanzi tal-impatt fuq dawn il-kumpaniji.

Dawn il-miżuri jvarjaw minn ħlas aċċelerat mit-Teżor ta’ pagamenti dovuti mill-Gvern, u refużjonijiet mill-Awtorità tat-Taxxa (VAT u Income Tax), kif ukoll miżura li permezz tagħha kumpaniji f’diffikultà se jkunu temporanjament miltuba jħallsu parti tat-Taxxa Proviżjonali dovuta.

Dawn sabiex tittaffa l-problema ta’ nuqqas ta’ cash-flow minn fuq dawn il-kumpaniji. Il-Gvern qed jipprovdi wkoll assistenza diretta lil numru ta’ ħaddiema li kienu joperaw fil-Libja.

Qed isir ukoll ħidma biex numru ta’ kumpaniji jkunu mgħejjuna mill-istess Malta Enterprise biex isibu swieq ġodda fl-Afrika.

Il-Gvern jibqa’ kommess li jagħti kull assistenza possibli lil dawn in-negozji u jsalva l-impjiegi tal-ħaddiema tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow