Left arrow Go Back

IFFIRMAT FTEHIM BIEX JINFETAĦ ĊENTRU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA FIX-XEWKIJA

pr150403mt
Date Icon 26/02/2015

Ġie iffirmat ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, il-Kunsill Lokali tax-Xewkija u s-Soċjetà Filarmonika Prekursur tax-Xewkija biex jibda jopera ċentru għall-anzjanità attiva fis-sala prinċipali tal-bini tas-Soċjetà.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li dan iċ-ċentru huwa wieħed minn tlieta li se jibdew joperaw f' Għawdex u ser ikollu programm varjat kif propju hemm f’ċentri oħra f’Malta fejn is-Segretarjat nieda sezzjonijiet ta’ lifelong learning. Hija qalet li dan huwa parti mix-xogħol biex il-Gvern iżid is-servizzi għall-anzjani fuq skala nazzjonali u fissret kif dan sar wara li inħarġet sejħa biex Kunsilli Lokali jikkolaboraw mas-Segretarjat biex jipprovdu servizzi għall-anzjani fil-komunità.

Is-Segretarju Parlamentari semmiet ukoll il-proġett tan-Night Shelter li qed isir bi ftehim mal-Knisja. Justyne Caruana żaret ukoll il-post biex issegwi x-xogħlijiet li għaddejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow