Left arrow Go Back

MALTA TAVVANZA 'L QUDDIEM FL-ACTIVE AGEING INDEX EWROPEW

pr150389MT
Date Icon 25/02/2015
F’rapport maħruġ mill-UNECE, Malta tejbet il-pożizzjoni tagħha u ġiet klassifikata t-18 l-aħjar pajjiż mit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
F’dan ir-rapport, joħroġ biċ-ċar ukoll li Malta hi l-aħjar fl-Ewropa fil-ħajja indipendenti, b’saħħita u sigura għall-anzjani.
Dan wara li l-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ħa diversi inizjattivi u beda jimplimenta l-istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva. Il-Gvern fost inizjattivi oħra, din is-sena implimenta liġi kontra l-abbuż fuq l-anzjani, ħadem bla waqfien fuq titjib f’San Vinċenz de Paul, kompla jtejjeb is-servizzi komunitarji, u beda programmi ta’ lifelong learning fiċ-ċentri matul il-jum.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tilqa’ dan ir-riżultat b’sodisfazzjon kbir, u tiddikjara li xogħol il-Gvern fil-qasam tal-anzjani se jibqa’ ffukat biex tiġi żgurata kwalità ta’ ħajja aħjar u titjib fis-servizzi komunitarji. Dan biex tiġi mħeġġa iżjed ħajja iżjed attiva u indipendenti.
Għalkemm dan huwa riżultat ta’ sodisfazzjon, is-Segretarju Parlamentari tisħaq li għad fadal xi jsir u l-ħidma tagħha se tibqa’ taħdem b’mod sħiħ favur dan il-qasam kif dejjem għamlet.

pr150389a.pdfpr150389a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow