STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
PR150386
24/02/2015
Il-Gvern Malti jirrispetta l-uffiċċju tal-Ombudsman u lill-istituzzjonijiet kollha.
Il-Gvern qed jimxi fuq l-istess sistema li kien jimxi biha gvern preċedenti, jiġifieri l-ilmenti tal-uffiċjali fl-Armata qatt ma kienu jitressqu quddiem l-Ombudsman, iżda l-ewwel jitressqu quddiem il-Kmandant tal-Armata, imbagħad quddiem il-President ta’ Malta skont kif tgħid il-liġi.
Il-Ministeru ghall-Intern jibqa’ dispost, kif seħħ tul dawn l-aħħar xhur biex ikun hemm djalogu mal-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Ċertament dan il-Gvern dejjem ħadem biex jiġu indirizzati inġustizzji u saħansitra inħolqu bordijiet biex ikun hemm rimedju għall-inġustizzji tal-passat li seħħew fl-Armata.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046