Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL U L-MALTA UNION OF TEACHERS

PR150383
Date Icon 24/02/2015

Illum saret laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn uffiċjali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, il-PACBU  u l-MUT. L-għan ta’ din il-laqgħa kien li jindirizza pendenzi li nħolqu dwar l-imġiba xejn xierqa ta’ xi studenti fl-iskola sekondarja tal-Ħamrun.

Tul din il-laqgħa l-partijiet, megħjuna mill-Bord ta’ Konċiljazzjoni, waslu għal qbil abbażi ta’ dawn il-punti:

a) Isiru laqgħat skedati bejn iż-żewġ naħat biex jigi żgurat li l-isem ta’ din l-iskola jerġa’ jikseb il-livell mixtieq.

b) Ser jaħdmu flimkien biex jiġu identifikati diffikultajiet fost l-għalliema u jingħata s-sapport meħtieġ.

c) Ikomplu jsiru l-installazzjonijiet li huma meħtieġa biex tissaħħaħ is-sigurtà.

d) Ser jittieħdu passi dixxiplinari b’mod immedjat fil-konfront ta’ studenti li ripetutament qed jesebixxu mġiba li mhix xierqa fl-iskola.

e) Ser jigi kkontemplat x’passi jistgħu jittieħdu skont il-ligi fil-konfront tal-ġenituri tal-istess studenti li bl-imġiba tagħhom ixxekklu b’mod grossolan l-andament edukattiv fl-iskola. Hu f’dan il-kuntest li ser isiru laqgħat bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u dak responsabbli mill-Pulizija.

Iż-żewġ partijiet irringrazzjaw lill-Bord ta’ Konċiljazzjoni għall-impenn li ffaċilita li jintlaħaq qbil madwar il-mejda. Filwaqt li l-MUT stqarret li ser ixxolji t-tilwima industrijali u se tissospendi d-direttivi ppjanati, l-uffiċjali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni reġgħu kkonfermaw l-impenn tagħhom li dak kollu miftiehem iseħħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow