Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr150381
Date Icon 24/02/2015

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-kumpanija internazzjonali EY Malta se tkun qed tespandi l-operat tagħha f'Malta permezz ta' ċentru ġdid li se joffri servizzi speċjalizzati lill-kumpaniji barranin, inkluż investituri f'Malta.

Il-kumpanija mistennija timpjega madwar 50 persuna li jispeċjalizzaw fis-servizzi finanzjarji fi żmien sitt xhur. Din il-fergħa mistennija tkompli tespandi u timpjega iktar nies fis-snin li ġejjin.

Il-Prim Ministru ħabbar dan meta kien qed jindirizza s-seminar f'Londra 'Malta: Open for business', organizzat minn EY Malta.

Huwa qal li dan l-iżvilupp ikompli jikkonferma li Malta qed tattira investiment ta' kwalità, li qed joħloq il-ġid. Il-qasam li se tkun qed tespandi fih EY huwa wieħed relattivament ġdid fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru ffoka fuq ir-riżultati pożittivi ekonomiċi li qed jikseb pajjiżna, kif ukoll fuq kif Malta hija fost l-iktar pajjiż kompetittiv fl-Ewropa. Semma wkoll kif il-Kummissjoni Ewropea u l-agenziji ta' kreditu kkonfermaw kif l-ekonomija Maltija qed tikber b'mod sod u b'ritmu mgħaġġel ferm iktar minn ta' pajjiżi Ewropej oħra.

Id-diskors tal-Prim Ministru waqt is-seminar f'Londra 'Malta Open for Business' - pr150381a.pdfpr150381a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow