Left arrow Go Back

HEMM RIEDA POLITIKA MIN-NAĦA TAL-GVERN LI JAGĦTI NIFS ĠDID LIN-NOFSINHAR TA’ MALTA - IL-MINISTRU HELENA DALLI

pr150362
Date Icon 21/02/2015

Il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar għaddej b’ħidma fuq diversi proġetti infrastrutturali biex mhux biss tkun stimulata l-attivita ekonomika iżda wkoll ikun ġenerat it-turiżmu fil-lokalitajiet tan-nofsinhar

Fl-għeluq ta’ seminar annwali tal-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli tkellmet dwar l-importanza li dan il-Gvern qed jagħti lin-Nofsinhar ta’ Malta.

Dr Dalli semmiet kif aktar tard din is-sena mistenni jibda x-xogħol fuq it-tielet ċentru tal-volontarjat fin-Nofsinhar li minnu nnifsu se jkun qed jiġġenera aktar attività fost l-NGOs. F’din il-binja se jkun hemm ukoll l-uffiċini amministrattivi tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar.

Il-Ministru Dalli fissret kif wieħed mill-għanijiet tal-Kunsill Konsultattiv huwa li permezz ta’ proġetti infrastrutturali tkun stimulata l-attività ekonomika f’lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta.

“L-isfidi huma kbar iżda konvinta li b’ħidma sħiħa bejn il-Kunsill Konsultattiv u l-kunsilli lokali tan-Nofsinhar, dan il-Gvern se jirnexxilu jdaħħal nifs ġdid f’din il-parti ta’ Malta permezz ta’ proġetti li jistgħu jitgawdew mill-pubbliku u r-residenti” temmet tgħid il-Ministru Helena Dalli.

Iċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta Silvio Parnis qal li permezz ta’ dan il-Kunsill, ir-resident fin-naħa t’isfel ta’ Malta ngħataw vuċi effettiva, u dan huwa rifless fil-Baġit ta’ dis-sena fejn kienu nklużi diversi proposti li tressqu minn dan il-Kunsill.

“Kellna bidu pożittiv iżda fadal ħafna xi jsir u għalhekk irridu nkomplu nsostnu dan ir-ritmu li qbadna” saħaq Silvio Parnis.

Elenka diversi inizjattivi, proġetti u proposti li qed jaħdem fuqhom il-Kunsill Konsultattiv, fosthom is-Southern Commercial Hub, ir-rijabilitazzjoni ta’ Ġnien is-Serenita, Wied Blandun u l-pjazza ta’ Raħal Ġdid.

Silvio Parnis semma’ kif qed issir ukoll ħidma biex għall-ewwel darba jkun hemm bajja Blue Flag fin-Nofsinhar ta’ Malta, inventarju tal-wirt storiku, kulturali u reliġjuz f’din iż-żona tal-pajjiż, kif ukoll Digital Heritage Trail u kampanja ġdida Green Village Core.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow