Left arrow Go Back

BEDA X-XOGĦOL FUQ ID-DAR TAL-ANZJANI F’GĦAWDEX

pr150361
Date Icon 21/02/2015

Beda x-xogħol infrastrutturali għall-ewwel dar tal-Gvern għall-anzjani f’Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar is-sit fejn ser tinbena d-dar tal-anzjani.   Dan il-proġett  jinkludi 70 (sebgħin) kamra b’żewġ sodod f’kull kamra. Hu maħsub ukoll li din il-binja tinkludi kmamar iddisinjati speċifikament għall-persuni li jbatu bid-dementia. Dan il-proġett  ġie approvat mill-MEPA fid-9 t’Ottubru 2014.

L-ewwel fażi tax-xogħlijiet tinvolvi t-twaqqiegħ tal-bini eżistenti kif ukoll it-tħammil tas-sit.

L-iżvilupp propost għandu veduti stupendi tal-fliegu bejn Malta u Għawdex u jinsab faċċata tan-Nofsinhar. Il-kmamar kollha ser ikollhom faċilitajiet neċessarji fosthom en suite u galleriji li jagħtu għal fuq ġonna u xeni panoramiċi tal-baħar.  Il-binja ġiet iddisinjata skont il-linji-gwida biex  tkun aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Perit Angelo Portelli spjega kif il-bini l-antik se jiġi rrestawrat filwaqt li bini ieħor qadim li iżda m’għandux valur storiku jew arkitettoniku sejjer jitneħħa sabiex jagħmel spazju għall-iżvilupp il-ġdid.  Id-disinn jieħu in kunsiderazzjoni l-orjentament eżistenti tar-residenza tal-Balliju li sejra tifforma l-area tar-reception tal-iżvilupp il-ġdid. 

Dan il-proġett se joħloq spazju fejn l-anzjani, inklużi dawk miżżewwġin, jistgħu jgħixu flimkien f’armonija u f’post sikur.  Dan il-proġett se joħloq opportunitajiet ġodda ta’xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow