Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA

pr150356
Date Icon 20/02/2015

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tiċħad għalkollox l-allegazzjonijiet li qed isiru fl-istqarrija maħruġa mill-UĦM.

Il-union taf li s-sitwazzjoni li ntirtet fiċ-ċentri ta’ matul il-jum kienet tali fejn officers in charge bl-istess grad u l-istess kwalifiki bħal ħaddiema oħra kienu qed jagħmlu xogħol amministrattiv li ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għalhekk bdiet ħidma biex jinħatru supervisors li se jkunu qed jagħmlu dan ix-xogħol li fil-fatt jirrifletti l-grad u l-kwalifiki tagħhom.

Dawn il-bidliet qed isiru fl-aħjar interess kemm tal-anzjani li jattendu ċ-ċentri ta’ matul il-jum u kemm tal-ħaddiema li għandhom jagħmlu x-xogħol li huma impjegati għalih.

Il-laqgħa li qed tirreferi għaliha l-UĦM saret biss biex isserraħ moħħ il-ħaddiema li ħadd mhu se jitlef postu kif kien qed ikun allegat fi xnigħat bla bażi. F’din il-laqgħa la saret referenza għall-UĦM u lanqas għal ebda union oħra.

Għalkemm il-UĦM qatt ma talbet laqgħa mas-Segretarju Parlamentari, is-Segretarjat Parlamentari huwa dejjem dispost li jiltaqa’ mal-UĦM biex jispjega s-sitwazzjoni. It-triq ’il quddiem fil-qasam tal-anzjani hi li dan il-qasam għandu jitmexxa fl-ahjar interess tal-anzjani tagħna fejn id-dinjità tagħhom għandha tiġi rrispettata u protetta.

Il-konsultazzjoni mal-unions hija t-triq li dan is-Segretarjat dejjem ħa u li ser ikompli jieħu f’dan is-settur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow