PREPARAZZJONI LEJN ID-DINJA TAX-XOGĦOL
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia nieda l-ewwel boutique li ser ikun qed tgħin persuni fil-bżonn biex jippreparaw lilhom infushom għal meta jkollhom intervista għax-xogħol. Din l-inizjattiva hija parti oħra mill-proġett LEAP, fejn l-ewwel boutique nfetaħ fi Triq Melita, il-Belt Valletta.
L-għan ta’ dan il-boutique huwa biex min ikollu bżonn ħwejjeġ sabiex jattendi intervista għal xogħol jista’ jmur u jagħżel x’jilbes mingħajr ebda ħlas. Il-maġġorparti tal-ħwejjeġ provduti huma relattivament ġodda.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li din hija attività żgħira iżda bi ħsieb kbir. Żied jgħid illi l-faqar mhux perċezzjoni u għalhekk hemm bżonn ta’ għajnuna bħal din lil persuni li jkollhom bżonn.
Semma li l-Proġett LEAP huwa parti mill-katina favur is-settur tal-persuni vulnerabbli. Michael Farrugia qal li din hija ir-rieda ta’ kull wieħed minna, dik li nagħmlu kull ma nistgħu ghal persuni f’diffikultà sabiex il-ħolma tagħhom issir realtà.
Michael Farrugia tenna li dan huwa biss il-bidu ta’ inizjattiva bħal din. Huwa qal li l-ħsieb huwa li jkun hemm boutiques ta’ dan it-tip f’kull ċentru tar-Riżorsi għall-Familja li qegħdin jinfetħu madwar Malta u Għawdex.
L-inizjattiva ‘Preparazzjoni lejn id-Dinja tax-Xogħol’ saret b’kollaborazzjoni ma’ ‘Families for Lifelong Learning’.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046