Left arrow Go Back

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN – FRAR 2015: PREZZIJIET TAL-MGSs B’RATA TA’ MGĦAX FISSA

pr150338
Date Icon 19/02/2015

B’referenza għall-Istqarrija Nru. PR150284mt, ta’ nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Frar 2015, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i)      2% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (V) Fungibility Issue bi prezz ta’ €105.75 b’YTM ta’ 0.937%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal  0.940%, u

(ii)     3% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (I) bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 3.000%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.022%.

L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn it-23 ta’ Frar, 2015 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:

(a) fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa l-25 ta’ Frar 2015 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u

(b) f’nofsinhar tat-Tnejn it-2 ta’ Marzu, 2015 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor; www.treasury.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow