L-ARTIST JOSEPH CASAPINTA B’WIRJA TA’ PITTURI FIL-PALAZZ IL-BELT VALLETTA B’RISQ L-MCCF
L-artist rinomat Joseph Casapinta, li f’dawn l-aħħar snin wera passjoni lejn l-arti bl-użu tal-watercolours, se jtella’ wirja tal-aħħar kollezzjoni tiegħu fil-Palazz il-Belt il-Valletta. Din il-wirja taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, se tittella’ bejn l-10 u l-15 ta’ Marzu b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Bosta mill-pitturi esibiti nħadmu mill-artist barra mill-istudio, l-iktar f’postijiet qrib in-natura, bħal fejn il-baħar, fejn l-artist jirrifletti fuq l-immaġni tan-nies, bini, siġar u oġġetti li jispikkaw f’żoni urbani jew fin-natura.
Il-wirja se tiftaħ kuljum bejn it-Tlieta 10 ta’ Marzu u l-Ħadd 15 ta’ Marzu fil-Palazz il-Belt Valletta. It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa bejn id-9:30 u l-16:00, filwaqt li l-Ħamis, il-Ġimgħa, is-Sibt, u l-Ħadd, bejn id-9:30am u s-18:30.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046