STQARRIJA GĦALL- ISTAMPA DWAR INSETT LI NSTAB FUQ IS-SIĠAR TAL-ĦARRUB U TAD-DWIELI, APATE MONACHUS FABRICIUS, 1775
Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti fi ħdan id-Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti, rċieva ћafna rapporti minn diversi postijiet, ta’ ћarrub li qed imur lura jew li qed imut f’temp qasir fosthom fil-Manikata, l-Armier Malta u l-Fontana f’Gћawdex. Is-sintomi li qed jiġu osservati huma tnixxif tal-weraq, saħansitra li s-siġra tiġi bla weraq. Ikun hemm toqob tondi bil-kolla minn fejn toћroġ il-ћanfusa.
Minn kampjuni li nġabru u li ġew analizzati mid-Direttorat, ġiet identifikata l-ħanfusa li qed tikkawża din il-ħsara. Din il-ћanfusa, Apate monachus Fabricius, 1775, tinstab mill-Afrika tropikali sal-Mediterran (in-naħa ta’ fuq sal-gżira ta’ Korsika, n-naћa t’isfel ta’ Franza u t-tramuntana ta’ Spanja). Din il-ħanfusa hija stabbilita fir-reġjun Neotropikali (Greater Antilles, Brażil, eċċ.), u kienet interċettata wkoll f’pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali kif ukoll fl-Istati Uniti.
Din hija waћda mill-iktar ћanfus perikolużi u notorji li jinsabu fil-foresti Afrikani. Apate monachus hija ћanfusa li tista’ tattakka ћafna tipi ta’ siġar, b’iktar minn 80 pjanta ospitanti (host plants)li jservu għall-iżvilupp tal-larva fosthom dawn li jseħħu f’Malta hekk kif ġej: Akaċja (Acacia spp.), Xumakk falz (Ailanthus glandulosa), siġar tal-lewż (Amigdalis comunis), Imbrijagla (Arbutus unedo), Siġar tal-berquq (Armeniaca vulgaris), Siġar tal-ħarrub (Ceratonia siliqua), Siġar taċ-ċitru (Citrus spp.), Siġar taċ-ċipress (Cupressus sp.), Erika (Erica sp.), Coral tree (Erythrina sp.), Ewkaliptus (Eucalyptus spp.), Silky oak (Grevillea sp.), Siġar tat-tuffieћ,(Malus communis, M. domestica), siġar tat-tosku (Melia azedarach), Riћan (Myrtus comunis), siġar taż-żebbuġ (Olea europaea, O. europaea var. oleaster), Siġar tal-ħawħ (Persica vulgaris), Siġar tat-tamal (Phoenix dactylifera), Żnuber tal-ikel (Pinus pinea), Siġar tal-guava (Pisidium guajava), Deru (Pistacia lentiscus), Siġar tal-lanġas salvaġġ, lanġas u bambinell (Pyrus amigdaliformis, P. dulcis, P. communis, P. communis var. piraster), Siġar tal-għajnbaqar (P. domestica), Prajn xewwieki (P. spinosa), Siġar tar-rummien (Punica granatum), Siġar tal-ballut (Quercus ilex), Bżar falz (Schinus sp.), Bruka (Tamarix sp.), u Dwieli (Vitis spp).
Il-ħanfus adulti huma attivi bil-lejl, u bħalma ġie osservat hawn Malta, jistgħu jinġabru meta jkun qiegħed ibexbex. Għalissa l-uniku metodu biex tiġi meqruda din il-ħanfusa huwa li z-zkuk infettati jiġu maqtugħa u maħruqa. Però, ta’ min wieħed jgħid illi biex jinżabru siġar tal-ħarrub hemm bżonn li l-ewwel jinkiseb permess mill-MEPA.
Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti qiegħed jaħdem biex jiġbor aktar informazzjoni dwar dan l-insett u l-preżenza tiegħu ġewwa Malta. Ġie ppreparat ukoll pjan ta’ azzjoni għall-kontroll mit-tixrid ta’ dan l-insett fil-gżejjer Maltin.
Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku biex min jinnota xi sintomi fuq il-ħarrub jew xi siġar oħra msemmija hawn fuq, dan għandu jinforma immedjatament lid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti fuq 22927103 jew 22927113, jew billi jibgħat email fuq plant.health@gov.mt.
pr150313a: Apate monachus (Carmelo P. Bonsignore, 2012)
pr150313b: Ħanfusa fuq zokk tal-ћarrub (Carmelo P. Bonsignore, 2012)
pr150313c: Dielja f'Malta turi l-kolla ћierġa mit-toqba minn fejn ћarget il-ћanfusa
pr150313d: Toqba tonda perfetta fuq dielja minn fejn ћarget il-ћanfusa-Armier
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046