Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-PRESIDENZA TAL-UE 2017 DR IAN BORG JILTAQA’ MAŻ-ŻEWĠ KAPIJIET TAD-DELEGAZZJONI MALTIJA GĦALL-PARLAMENT EWROPEW

pr150306mt
Date Icon 16/02/2015

F’laqgħa li kellu s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 Dr Ian Borg maż-żewġ kapijiet tad-delegazzjoni Maltija għall-Parlament Ewropew: il-membru tal-Kumitati tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monitarji Dr Alfred Sant u l-Koordinatur tal-Kumitat għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali Ewropej David Casa, ġie diskuss ix-xogħol li qed isir mill-Gvern Malti bi tħejjija għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017.

Dr Borg qal li l-Gvern ser jassigura li l-preparamenti meħtieġa jsiru b’mod bi-partisan. Dr Borg informa liż-żewġ kapijiet bil-ħidma li qed issir waqt li aġġornahom bil-preparamenti u l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Huwa semma’ kif diġà nżammu 15-il laqgħa fil-Parlament Ewropew proprju flimkien ma’ presidenti ta’ bosta kumitati u kapijiet ta’ delegazzjonijiet oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari Borg qal ukoll li fil-bidu ta’ Marzu ġewwa Malta, ser issir it-tielet laqgħa formali tat-Trio li bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2017 ħa jkunu qed jippresedu fuq il-Kunsill Ewropew. Din il-laqgħa ser isservi sabiex Malta, l-Olanda u s-Slovakkja jkomplu t-tħejjijiet fuq il-prijoritajiet li fuqhom jixtiequ li l-Presidenza tiffoka, filwaqt li jiġi mfassal programm ta’ ħidma aktar dettaljat.
Min-naħa tagħhom kemm Dr Sant kif ukoll is-Sur Casa rringrazzjaw lis-Segretarju Parlamentari waqt li saħqu li huma wkoll permezz tal-irwol tagħhom fil-Parlament Ewropew ser ikunu qed jagħmlu l-almu tagħhom sabiex il-Presidenza Maltija fl-2017 tkun suċċess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow