STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
pr150298
15/02/2015
Il-Gvern jinnota dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li qal li l-Gvern għandu jikseb informazzjoni dwar il-persuni Maltin insemmiha fi SwissLeaks u jara jekk hemmx evażjoni mit-taxxa minn dawn l-individwi.
Dan huwa propju dak li l-Gvern qed jaħdem biex jagħmel.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jidher li jew mhux infurmat jew ried jiżvijja meta ma semmiex il-fatt li l-eżistenza ta' informazzjoni simili saret pubblika għall-ewwel darba fl-2010.
Jirrizulta li l-Gvern Malti, dakinhar immexxi mill-Partit Nazzjonalista ta' Dr Busuttil, kien għamel xi kuntatti iżda ma kienx kiseb din l-informazzjoni u l-każ ma kienx segwit.
Dan il-Gvern qed jaħdem biex jasal fejn il-Gvern ta' qabel ma wasalx.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046