Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr150297
Date Icon 15/02/2015

Il-Gvern se jkompli jfittex it-triq tal-kunsens, u mhux tal-battibekki politiċi, fuq kwistjoni daqstant delikata fil-qasam tal-affarijiet barranin, bħall-kriżi tal-Libja.

Il-Prim Ministru ilu iktar minn sena jisħaq fuq il-ħtieġa li, f’kuntest ta’ pajjiż li huwa viċin li jsir failed state fejn ħadd ma jkun jista jmexxi, għandha tkun istituzzjoni rispettata bħal Ġnus Maqgħuda li tintervjeni bil-għan li terġa tirrenja l-ordni u l-paċi.

Dan il-messaġġ twassal b’mod konsistenti minn Dr Joseph Muscat fil-fora Ewropej, anke personalment ma’ Jean Claude Juncker u Donald Tusk, u f’laqgħat bilaterali oħra fosthom mal-Prim Ministru Ingliż, il-Prim Ministru Taljan u l-Kanċillier Ġermaniż kif ukoll mal-UNHCR u l-Ġnus Maqgħuda stess.   

L-interventi ta’ Malta, fost l-oħrajn, wasslu għal żvilupp li jidher li forsi mhux kulħadd fehem, jiġifieri li jkun hemm pajjiżi oħra li jadvokaw huma wkoll missjoni taħt il-kappa tal-Ġnus Magħquda. L-Italja ddikjarat lilha nnifisha lesta biex tieħu azzjoni u tintervjeni fil-Libja taħt il-mandat tal-Ġnus Maqgħuda.

Dan il-pass ikompli jwassal il-messaġġ li l-kommunità internazzjonali ma tistax titfa ħarsitha biss lejn l-Ukrajna u sitwazzjonijiet problemtiċi oħra imma għandha tiffoka wkoll b’urġenza fuq il-kriżi tal-Libja. L-istabbilità fil-Mediterran hija kruċjali għall-istabbilità fl-Ewropa u għalhekk Malta hija kommessa li tibqa tagħmel il-parti tagħha. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow