Il-FONDAZZJONI TAL-PRESIDENT GĦALL-ĠID TAS-SOĊJETÀ SE TWETTAQ STĦARRIĠ FUQ L-UŻU TAL-INTERNET MMEXXI MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-ISTATISIKA
L-internet sar wieħed mill-ħtiġijiet ewlenin tal-ħajja. Għall-maġġoranza ta’ dawk li jużaw l-internet, il-World Wide Web tirrappreżenta opportunità li ssaħħaħ il-gid. Madankollu, għal oħrajn dan jista’ jwassal għal użu problematiku.
Sal-lum, ma sar l-ebda studju lokalment biex jistmaw il-prevalenza ta’ użu problematiku tal-internet. Il-Fondazzjoni tal-President għall-gid tas-Soċjetà qed twettaq stħarriġ li teżamina użu tal-internet problematiku fost dawk bejn it-18 u t-30 sena. L-istudju se jitmexxa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) permezz ta’ intervista telefonika komputerizzata b’mod anonimu u kunfidenzjali.
Membri tal-pubbliku huma avżati biex jistennew telefonata mill-NSO matul ix-xahar ta’ Frar fejn ser jiġu mitluba jipparteċipaw f’dan l-istħarriġ. Kampjun żgħir tal-popolazzjoni se jiġi kkuntattjat. L-istħarriġ se jieħu madwar 20 minuta biex jitlesta. Għal aktar informazzjoni dwar dan l-istudju, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà fuq 2148 4662 jew sharon.c.attard@gov.mt.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046